Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
- Direttur: László Ignéczi
- Stabbilit: fl-2010
- Numru ta’ persunal: 27
- Post: Riga (il-Latvja)
- Sit web:BEREC
L-Uffiċċju BEREC huwa aġenzija tal-UE li tipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC, il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi
Dak li tagħmel
Il-BEREC jara li l-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti hija applikata b'mod konsistenti, biex l-UE jkollha suq uniku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiffunzjona.
Jipprovdi pariri fuq talba u fuq inizjattiva tiegħu stess lill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-BEREC jikkonsisti f’dak li hu imsejjaħ il-Bord tar-Regolaturi. Dan huwa korp magħmul mill-kapijiet (jew rappreżentanti għolja nominati) ta' kull regolatur nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE.
Min jibbenefika
L-udjenza fil-mira tal-BEREC hija:
- L-istituzzjonijiet Ewropej, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
- Il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet industrijali f’dan is-settur
- Il-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur
- Il-konsulenzi, ir-riċerkaturi, il-gruppi ta' riflessjoni
- L-akkademiċi
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC)
- Sit web
- http://berec.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +371 6000 7600+371 6000 7602
- Numru tal-mowbajl
- +371 66 117 560
- Indirizz postali
- Z.A. Meierovica Bulvaris 14, Riga, LV-1050, Latvia
- Media soċjali