Mur għall-kontenut ewlieni
Impriża konġunta tal-UE

Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa

Clean Aviation Joint Undertaking

Ħarsa ġenerali

  • Irwol: l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u gassijiet oħrajn u jitnaqqsu l-ħsejjes tal-ajruplani
  • Direttur: Axel Krein
  • Sħab: Il-Kummissjoni Ewropea, l-industrija ajrunawtika (inklużi n-negozji żgħar u ta’ daqs medju), iċ-ċentri ta’ riċerka, l-akkademja
  • Stabbilita fis-sena: 2021
  • Numru ta’ staff: 42
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa

L-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (CAJU) hi sħubija pubblika-privata ta’ suċċess bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-industrija ajrunawtika Ewropea li tinsab fit-triq biex tilħaq il-miri ta’ prestazzjoni ambjentali tagħha. 

Hi ssegwi l-programm predeċessur tagħha, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ara r-Regolament (UE) 2021/2085).

X’tagħmel

It-teknoloġiji tal-avjazzjoni nadifa li dan il-programm qed jiżviluppa se jippermettu lill-inġenji tal-ajru futuri biex:

  • inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-ħruq tal-fjuwil u relatati b’20-30%
  • inaqqsu l-livelli ta’ storbju.

Min jibbenefika?

  • Il-pubbliku - bis-saħħa ta’ anqas tniġġis akustiku u emissjonijiet aktar baxxi, għażliet ta’ vvjaġġar aħjar u kompetittività industrijali mtejba fl-Ewropa.
  • L-ekonomija - l-aeronawtika hi fost l-industriji bl-aktar suċċess tal-UE. L-Avjazzjoni Nadifa se tgħin biex tissawwar forza tax-xogħol Ewropea li tkun kapaċi tiżviluppa t-teknoloġija l-aktar avvanzata meħtieġa biex tibqa’ fuq quddiem nett fis-suq.
  • In-negozji żgħar u ta’ daqs medju - numru dejjem jikber ta’ kumpaniji bħal dawn qed jinvolvu ruħhom permezz ta’ sejħiet għal proposti ta’ proġetti offruti taħt l-Avjazzjoni Nadifa. Dan jiftaħ opportunitajiet ġodda għalihom u katini ta’ provvista potenzjali ġodda għall-atturi industrijali stabbiliti. 
  • Il-komunità xjentifika u akkademja - Avjazzjoni Nadifa toffri modi kif titħaffef l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda. Hi tagħti lill-industrija u lix-xjenza opportunità biex flimkien jindirizzaw l-isfidi u l-prijoritajiet.

Kuntatt

Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa

Isem
Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa
Sit web
https://www.clean-aviation.eu/
Numru tat-telefown
+32 2 221 81 52
Numru tal-faks
+32 2 221 81 50
Indirizz postali
Clean Aviation Joint Undertaking, White Atrium Building TO56, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgium
Media soċjali