Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

Uffiċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Community Plant Variety Office - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: immaniġġjar tas-sistema tad-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti tal-UE
  • President: Francesco Mattina
  • Stabbilit: 1995
  • Persunal: 50
  • Lokalità: Angers (Franza)
  • Sit web:CPVO 

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) jinkoraġġixxi l-innovazzjoni fil-varjetajiet ta’ pjanti permezz tal-ipproċessar bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-varjetajiet ta’ pjanti tal-Komunità bi prezzijiet raġonevoli, filwaqt li jagħti gwida politika u għajnuna lill-partijiet interessati tiegħu biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet. Il-protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti ġodda fl-UE kollha tgħin biex tħares l-interessi ta’ dawk li jnissluhom u tiżgura li l-investimenti tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni huma profittabbli.

Dak li tagħmel

  • Jagħti drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal varjetajiet ġodda ta’ pjanti, validi fil-pajjiżi tal-UE għal 25 snin (30 snin għal speċijiet ta’ patata, dwieli u siġar).
  • Jipprovdi lill-partijiet interessati bi gwida politika u għajnuna biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet.

Min jibbenifika

Il-gruppi mira prinċipali huma:

  • dawk li jnisslu l-pjanti
  • dawk li jkabbru l-pjanti
  • il-pubbliku inġenerali.

Ara wkoll

Gazzetta Uffiċjali tas-CPVO 

Rapport annwali 

Newsletter 

Stqarrijiet u komunikazzjonijiet għall-istampa 

Dikjarazzjonijiet tekniċi 

Konferenzi u avvenimenti speċjali 

Kuntatt

Isem
Uffiċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Sit web
Email
Numru tat-telefown
+33 2 41 25 64 00
Numru tal-faks
+33 2 41 25 64 10
Indirizz postali
3 boulevard Maréchal Foch, 49101 Angers 02, France
Media soċjali