Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Logo of ECDC

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: It-tisħiħ tad-difiżi tal-Ewropa kontra mard infettiv
  • Direttur: Andrea Ammon
  • Stabbilit: 2005
  • Numru ta’ persunal: 290
  • Lokalità: Stokkolma (l-Iżvezja)
  • Sit web:ECDC

L-aħħar informazzjoni dwar il-COVID-19 mill-ECDC 

Dak li tagħmel

  • Janalizza u jinterpreta d-dejta minn pajjiżi tal-UE dwar 52 mard u kundizzjonijiet li jittieħdu, bl-użu tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy).
  • Jipprovdi parir xjentifiku lill-gvernijiet u lill-istituzzjonijiet tal-UE.
  • Jiżgura detezzjoni bikrija u analiżi ta' theddid emerġenti għall-UE.
  • Jikkoordina l-Programm Ewropew ta' Taħriġ fl-Epidemjoloġija tal-Intervent (EPIET) u l-Programm Ewropew ta' Taħriġ fil-Mikrobijoloġija fis-Saħħa Pubblika (EUPHEM).
  • Għin lill-gvernijiet tal-UE jippreparaw għall-inċidenzi tal-mard.
  • Jorganizza l-ESCAIDE, il-Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard Li Jittieħed, konferenza annwali ta' 3 jiem.

Min jibbenefika

  • il-komunità tas-saħħa pubblika fl-Ewropa, b'mod partikulari
    • il-korpi nazzjonali u subnazzjonali tas-saħħa pubblika fl-UE/ŻEE
    • l-istituzzjonijiet tal-UE
    • pesuni oħrajn li jfasslu l-politiki Ewropej
  • il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali barra l-Ewropa.

Kuntatt

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+46 8 586 010 00
Numru tal-faks
+46 8 586 010 01
Indirizz postali
Gustav III:s Boulevard 40, 16973 Solna, Sweden
Media soċjali