Mur għall-kontenut ewlieni
Aġenzija deċentralizzata

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

logo of European Chemicals Agency

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: l-ECHA taħdem għall-użu mingħajr periklu ta’ sustanzi kimiċi
  • Direttur: Bjorn Hansen
  • Stabbilita: fl-2007
  • Numru ta’ persunal: madwar 600
  • Lokalità: Ħelsinki, il-Finlandja
  • Sit web: ECHA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) taħdem għall-użu mingħajr periklu ta’ sustanzi kimiċi. Hi timplimenta leġiżlazzjoni dwar il-kimiċi innovattivi tal-UE, għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-innovazzjoni u l-kompetittività fl-Ewropa.

Dak li tagħmel

  • Tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-UE dwar sustanzi kimiċi u bijoċidi:
  • Tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet interessati biex tippromwovi l-użu mingħajr periklu ta’ sustanzi kimiċi
  • Tipprovdi informazzjoni dwar il-kimiċi u l-użu sikur tagħhom permezz ta’ bażi tad-dejta unika mingħajr ħlas
  • Taħdem mal-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet tal-UE biex jiġu identifikati sustanzi li jikkawżaw tħassib u jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskju fil-livell tal-UE
  • Tħeġġeġ l-innovazzjoni fl-industrija kimika billi tissostitwixxi sustanzi li jagħtu lok għal tħassib.

Min jibbenefika

  • Il-membri tal-pubbliku u l-ambjent huma anqas esposti għal kimiċi perikolużi u jibbenefikaw minn prodotti aktar sikuri. Il-konsumaturi jistgħu jistaqsu dwar sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti li jixtru.
  • Il-ħaddiema u utenti oħrajn ta' kimiċi jibbenefikaw minn informazzjoni mtejba dwar il-perikli tal-kimiċi li jużaw, u kif jużawhom b'mod sikur.
  • L-industrija tingħata għajnuna biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni. Kumpaniji innovattivi jistgħu jieħdu vantaġġ mill-ħtieġa li jeleminaw gradwalment l-aktar sustanzi perikolużi.
  • Il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jirċievu informazzjoni dwar kif jimmaniġġjaw il-kimiċi perikulużi b'mod sikur.

Ara wkoll

Dwar l-ECHA

Impjiegi vakanti

Aħbarijiet

Abbona għall-aħbarijiet elettroniċi tal-ECHA

Informazzjoni dwar il-kimiċi

Kuntatt

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Mailing address  P.O.Box 400

                             00121 Helsinki

                             Finland

Isem
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Sit web
https://echa.europa.eu/about-us/the-way-we-work/multilingual-practice
Numru tat-telefown
+358 9 6861 80
Numru tal-faks
+358 9 6861 8210
Indirizz postali
Telakkakatu 6, 00150 Helsinki, Finland