Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-EEA tipprovdi informazzjoni ambjentali lil dawk li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.
- Direttur: Hans Bruyninckx
- Imsieħba: il-pajjiżi tal-UE, in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, it-Turkija u l-Iżvizzera
- Stabbilita: fl-1990
- Numru ta' persunal: 200
- Lokalità: Copenhagen
- Sit web:Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
L-EEA hi aġenzija tal-UE bil-kompitu li tipprovdi informazzjoni soda u indipendenti dwar l-ambjent. Hi topera bħala sors ta' informazzjoni maġġuri kemm għal dawk involuti fl-iżvilupp, fl-adozzjoni, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-politika ambjentali, kif ukoll għall-pubbliku inġenerali.
X’tagħmel
Il-mandat tal-EEA hu li:
- tgħin lill-UE u lill-pajjiżi membri jieħdu deċiżjonijiet informali dwar it-titjib tal-ambjent, jintegraw il-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-politiki ekonomiċi u jimxu lejn is-sostenibilità
- tiżviluppa u tikkoordina Eionet, in-netwerk tal-korpi nazzjonali ambjentali stabbilit biex jgħin lill-aġenzija
Min jibbenefika:
Il-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-EEA huma:
- il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u istituzzjonijiet oħra tal-UE
- il-gvernijiet fil-pajjiżi parteċipanti
- l-NGOs
- il-komunitajiet akkademiċi u xjentifiċi
- l-organizzazzjonijiet tan-negozju
- il-konsulenzi u t-think tanks.
Udjenza ewlenija oħra hi wkoll il-pubbliku inġenerali – l-aġenzija timmira li tgħinu jakkwista komprensjoni usa' dwar kwistjonijiet ambjentali u t-tibdil tal-klima.
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
- Sit web
- http://www.eea.europa.eu/mt
- Numru tat-telefown
- +45 33 36 71 00
- Numru tal-faks
- +45 33 36 71 99
- Indirizz postali
- Kongens Nytorv 6, 1050 København K, Denmark
- Media soċjali