Skip to main content
European External Action Service - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jimmaniġġja r-relazzjonijiet diplomatiċi tal-UE ma’ pajjiżi oħra barra l-blokk u jmexxi l-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE
  • Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà: Josep Borrell
  • Stabbilit: fl-2011
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit webIs-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) hu l-korp diplomatiku tal-UE. Għandu l-għan li jagħmel il-politika barranija tal-UE aktar koerenti u effettiva, u b’hekk tiżdied l-influwenza globali tal-Ewropa.

X’jagħmel is-SEAE?

Eżempji prattiċi jinkludu:

  • il-bini tal-paċi – b'appoġġ politiku, ekonomiku u prattiku
  • l-iżgurar tas-sigurtà – taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
  • iż-żamma ta’ relazzjonijiet tajbin mal-ġirien immedjati tal-UE permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat
  • l-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja u r-rispons għall-kriżijiet
  • l-indirizzar tal-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem

Kompożizzjoni

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jitmexxa mill-kap tal-affarijiet barranin tal-UE – jew ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Huwa magħmul minn:

Kif jaħdem is-SEAE?

Ir-Rappreżentant Għoli hu wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa jirrappreżenta l-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE fid-dinja, jikkoordina x-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE u jippresjedi l-laqgħat tal-ministri għall-Affarijiet Barranin, id-Difiża u l-Iżvilupp tal-UE. Ir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President jimplementa l-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, flimkien mal-pajjiżi tal-UE u bl-użu ta' riżorsi nazzjonali u tal-UE. Din tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-politika barranija fl-Ewropa kollha.

Lil hinn mill-fruntieri tagħha, l-Unjoni Ewropea hi rappreżentata minn għadd ta’ uffiċċji fil-pajjiżi – id-delegazzjonijiet tal-UE – li għandhom rwol simili għal dak ta’ ambaxxata.

Is-SEAE u int

Il-politiki u l-programmi tal-affarijiet barranin tal-UE jgħinu biex jipproteġuk – bħala ċittadin tal-UE – lil hinn mill-fruntieri tal-UE u jistgħu jipprovdu wkoll edukazzjoni u opportunitajiet ta' karriera.

Biex tinteraġixxi mas-SEAE, tista’:

  • tagħmel petizzjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika barranija
  • tieħu sehem f'konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika barranija
  • tibgħat email bil-mistoqsijiet dwar is-SEAE

Aktar informazzjoni

Rapporti annwali tal-attività tas-SEAE

Kuntatt

Isem
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Sit web
https://www.eeas.europa.eu
Numru tat-telefown
+32 2 584 11 11
Media soċjali