Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Logo of European Institute for Gender Equality

Ħarsa ġenerali

X’jagħmel

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) huwa aġenzija tal-UE li jaħdem biex l-ugwaljanza bejn is-sessi ssir realtà fl-UE u lil hinn minnha. Għal dan l-għan, huwa jipprovdi riċerka, dejta u prattiki tajbin billi:

  • Jipproduċi studji u jiġbor statistika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE.
  • Jimmonitorja kif l-UE tissodisfa l-impenji internazzjonali tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi, magħrufa bħala l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing, u jipproduċi rapport ta’ progress annwali dwar dan.
  • Jaħdem biex iwaqqaf il-vjolenza kontra n-nisa u jikkoordina l-Kampanja Ewropea White Ribbon biex jinvolvi lill-irġiel f’din il-kawża.
  • Jaqsam l-għarfien tiegħu u riżorsi onlajn u jappoġġja l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri tal-UE u l-partijiet ikkonċernati minn bosta oqsma differenti fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn is-sessi fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-prodotti tal-EIGE jinkludu dawn li ġejjin:

Min jibbenefika

Bħala ċ-ċentru tal-għarfien Ewropew dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-EIGE:

  • Jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati u msejsa fuq l-evidenza li jqisu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi.
  • Jiċċentralizza l-informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-akkademja, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-imsieħba soċjali.
  • Jipprovdi ispirazzjoni għal kull min hu interessat fl-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ara wkoll

Aħbarijiet u avvenimenti tal-EIGE

EuroGender - Ċentru ta’ kooperazzjoni u konsultazzjoni onlajn

Impjiegi fl-EIGE

Kuntatt

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+370 5 215 7400
Indirizz postali
Gedimino pr. 16, 01103 Vilnius Lietuva, Lithuania
Media soċjali