Mur għall-kontenut ewlieni
Aġenzija deċentralizzata

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)

Logo of European Insurance and Occupational Pensions Authority

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-EIOPA hi l-awtorità superviżorja Ewropea għall-pensjonijiet okkupazzjonali u l-assigurazzjoni
  • President: Petra Hielkema
  • Direttur Eżekuttiv: Fausto Parente
  • Membri: Rappreżentanti ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol
  • Stabbilita: fl-2011
  • Numru ta’ persunal: 200
  • Lokalità: Frankfurt am Main, (il-Ġermanja)
  • Sit web: Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

L-EIOPA hi parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja.  Hi korp indipendenti li jipprovdi pariri lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. 

Dak li tagħmel

L-EIOPA hi responsabbli li:

  • tgħin iżomm is-sistema finanzjarja stabbli
  • tiżgura li s-swieq u l-prodotti finanzjarji jkunu trasparenti
  • tgħin biex jiġu protetti d-detenturi ta' polza ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji tal-iskemi tal-pensjonijiet. 

Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja tinkludi:

  • l-awtoritajiet superviżorji Ewropej
  • l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Hi torbot is-superviżjoni finanzjarja fil-livell sistemiku u tad-ditti. Din tħalli s-superviżjoni ta' kuljum f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali.

Min jibbenefika

  • Il-konsumaturi:
    • żieda fit-trasparenza, fis-simpliċità, fl-aċċessibbiltà u fil-ġustizzja fis-suq intern għall-pensjonijiet u l-assigurazzjoni
    • ir-rappreżentanti tal-konsumatur jistgħu jsemmaw l-opinjonijiet tagħhom fil-gruppi ta' ħidma tal-EIOPA.
  • L-industrija:
    • superviżjoni ta’ kwalità għolja, effiċjenti u konsistenti tal-assiguraturi u l-pensjonijiet tax-xogħol tal-UE
    • L-EIOPA tgħin biex jiġu identifikati, ivvalutati, mitigati u mmaniġjati r-riskji u t-theddid għall-istabbiltà finanzjarja tas-setturi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol
    • Ir-rappreżentanti tal-industrija jistgħu jsemmaw l-opinjonijiet tagħhom fil-gruppi ta' ħidma  u fil-gruppi tal-partijiet ikkonċernati tal-EIOPA.

Ara wkoll

Newsletter

Stqarrijiet għall-istampa

Opportunitajiet ta’ karrieri

Kuntatt

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)

Isem
Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
Sit web
https://www.eiopa.europa.eu/
Email
infoateiopa [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+49 (0) 69 95 11 19 20
Numru tal-faks
+49 (0) 69 95 11 19 19
Indirizz postali
Westhafenplatz 1, 60327 Frankfurt am Main, Germany
Media soċjali