Skip to main content
European Labour Authority

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol tgħin biex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, tikkoordina l-ispezzjonijiet konġunti, twettaq analiżijiet u valutazzjonijiet tar-riskju dwar kwistjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tagħti servizz ta' medjazzjoni f'tilwim bejn il-pajjiżi tal-UE
  • Direttur Eżekuttiv: Cosmin Boiangiu 
  • Maħluqa: fl-2019
  • Għadd ta’ staff: 144 sal-2024
  • Sit web:ELA

X'tagħmel?

L-ELA tippromwovi xogħol aġli u effiċjenti, li jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ffaċċjati fl-oqsma koperti mir-Regolament. L-ELA:

  • tgħin tiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv
  • tagħmilha aktar faċli għall-individwi u n-negozji biex jaħsdu l-frott tas-suq uniku
  • tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex ir-regoli jiġu infurzati b’mod effettiv.

L-ELA kienet stabbilita fil-31 ta’ Lulju 2019. Hu mistenni li tkun operazzjonali b’mod sħiħ sal-2024.

Min jibbenefika?

  • Individwi
  • Negozji
  • Organizzazzjonijiet Ewropej, reġjonali u nazzjonali

Kuntatt

Isem
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol
Sit web
https://ela.europa.eu/
Media soċjali