Mur għall-kontenut ewlieni
Aġenzija deċentralizzata

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Logo of European Maritime Safety Agency

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: toffri assistenza ta’ għarfien tekniku u operazzjonali fl-oqsma tas-sikurezza, is-sigurtà u t-tniġġis marittimi
  • Direttur: Maja Markovčić Kostelac
  • Stabbilita: fl-2002
  • Persunal: 250
  • Lokalità: Lisbona (il-Portugall)
  • Sit web: EMSA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tipprovdi għarfien tekniku espert u assistenza operazzjonali bl-għan li ttejjeb is-sikurezza marittima, l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons għat-tniġġis u s-sigurtà marittima.

Il-biċċa l-kbira tal-kompiti tal-Aġenzija huma preventivi, bħall-monitoraġġ dwar kif ċerti liġijiet qed jiġu applikati u l-valutazzjoni tal-effettività ġenerali tagħhom, iżda ċerti kompiti huma reattivi, bħal li l-pajjiżi tal-UE jiġu pprovduti b’vapuri li jirkupraw iż-żejt fl-eventwalità ta’ tixrid kbir fuq il-baħar u l-iskoperta ta’ tniġġis marittimu permezz tas-sorveljanza bis-satellita. 

Dak li tagħmel

L-EMSA tipprovdi lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet b’għarfien iddettaljat, affidabbli dwar dak li jiġri fuq il-baħar, f’ħin reali, biex tgħinhom jimplimentaw il-politiki marittimi b’mod effettiv. L-EMSA toffri wkoll servizzi marittimi li jirrispondu għall-ħtiġijiet li jinbidlu ta’ diversi utenti marittimi fl-Ewropa kollha:

L-EMSA għandha sehem ewlieni fil-promozzjoni tal-aħjar prattika. L-esperjenza li tittratta ma’ varjetà ta’ preokkupazzjonijiet kemm relatati mas-sikurezza kif ukoll mas-sigurtà mill-perspettivi legali u operazzjonali tat lill-EMSA għarfien estensiv dwar bosta kwistjonijiet li jqumu, u dwar ir-realtajiet prattiċi tal-indirizzar tagħhom.

L-EMSA twettaq bosta tipi differenti ta’ spezzjoni teknika:

  • spezzjoni ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni elenkati bħala “Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti” mill-pajjiżi tal-UE
  • spezzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni marittimi f’pajjiżi mhux mill-UE
  • verifika li vapuri li deħlin fil-portijiet tal-UE jkunu spezzjonati kif xieraq
  • verifika tas-sistemi nazzjonali ta’ monitoraġġ tat-traffiku marittimu.

L-EMSA wkoll:

  • tiżgura l-investigazzjoni konsistenti tal-aċċidenti marini fl-UE kollha
  • tiskambja l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet marittimi li jinvolvu s-sikurezza, is-sigurtà u l-ambjent

Min jibbenefika

Il-gruppi mira prinċipali tal-EMSA huma:

  • l-istituzzjonijiet tal-UE
  • l-amministrazzjonijiet nazzjonali marittimi tal-UE
  • l-amministrazzjoni marittimi tal-istati kostali tal-EFTA

Internazzjonalment, l-EMSA tappoġġja:

  • l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
  • il-pajjiżi li jmissu mal-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-Baħar Kaspju bħala parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Ara wkoll

Lista ta' pubblikazzjonijiet

Newsletter ta' kull xahar

Opportunitajiet ta' karriera

Kuntatt

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Isem
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
Sit web
https://www.emsa.europa.eu/mt/
Email
informationatemsa [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+351 21 1209 200
Numru tal-faks
+351 21 1209 210
Indirizz postali
Praça Europa 4, 1249-206 Lisbon, Portugal
Media soċjali