Ħarsa ġenerali
- Irwol: Tinżamm provvista regolari u sigura ta’ materjal nukleari (minerali, materjal tas-sors u materjal fissili speċjali) għall-utenti kollha tal-UE.
- Direttur Ġenerali: Is-Sinjura Agnieszka Kazmierczak
- Stabbilita: 1960
- Numru ta’ staff: 17
- Post: Il-Lussemburgu
- Sit web: Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
X’tagħmel
L-Aġenzija – uffiċjalment l-Aġenzija Fornitriċi tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – inħolqot mit-Trattat Euratom. Tissejjaħ ukoll l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA).
Il-kompitu ewlieni tal-Aġenzija hu li tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-materjali nukleari u tal-fjuwil nukleari għall-utenti kollha tal-UE. Hi taqdi l-ħtiġijiet tal-utilitajiet li jipproduċu l-enerġija nukleari, ir-reatturi tar-riċerka, il-produtturi tal-isotopi radjuattivi mediċi, u l-industrija tal-katina tal-provvista nukleari.
L-ESA timmonitorja s-suq nukleari u twissi dwar ix-xejriet li jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà tal-provvista tal-UE ta’ materjali nukleari għall-użu tal-enerġija u mhux għall-enerġija. Tista’ tieħu azzjonijiet waħidha (eż. memorandum ta’ qbil mal-Istati Uniti għad-disponibbiltà ta’ materjali speċjalizzati u fjuwil għar-riċerka u l-użi mediċi) jew tista’ tipproponi miżuri lill-Kummissjoni Ewropea.
L-ESA hi l-uniku korp li jista’ jiffirma kuntratti għall-forniment ta’ minerali, materja prima u materjali fissili speċjali fl-UE, u tista’ tirrifjuta li tikkonkludi kuntratt. Id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija fir-rigward tal-kuntratt ta’ provvista jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-Kummissjoni bħala kontrolli u bilanċi għas-setgħat tal-Aġenzija. Fil-ftit każijiet ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjonijiet u ma użatx id-dritt tal-veto tagħha.
Min jibbenefika
- L-utilitajiet tal-UE jibbenefikaw minn provvista sigura ta’ materjali għall-ġenerazzjoni tal-enerġija.
- L-unitajiet domestiċi u l-entitajiet (intrapriżi, skejjel, sptarijiet) fl-UE jibbenefikaw mill-enerġija nukleari.
- It-tobba u l-pazjenti tal-mediċina nukleari jibbenefikaw minn materjali meħtieġa għall-provvista tal-isotopi radjuattivi mediċi.
- Ix-xjentisti jibbenefikaw minn materjali nukleari li jippermettu r-riċerka tagħhom.
- L-industrija attiva fis-servizzi nukleari u l-mediċina nukleari tibbenefika mid-disponibbiltà tal-materjali.
- Il-Kummissjoni Ewropea tibbenefika mill-għarfien espert tal-Aġenzija dwar is-suq taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.
- L-organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, l-Aġenzija tal-OECD għall-Enerġija Nukleari) jibbenefikaw mill-għarfien espert tal-Aġenzija.
Kuntatt
- Isem
- Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
- Sit web
- https://euratom-supply.ec.europa.eu/index_en
- Numru tat-telefown
- (+352) 4301-36338(+352) 4301-35190
- Indirizz postali
- Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, Euroforum Building, 2920 Il-Lussemburgu, Luxembourg
- Media soċjali