Ħarsa ġenerali
- Rwol: tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE
- Id-Direttur Amministrattiv: Nick Panagiotopoulos
- Membri: Il-Kulleġġ tal-Aġenzja tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), membru minn kull pajjiż.
- Stabbilita fi:
- L-għadd ta' membri tal-istaff: 240
- Post: L-Aja (il-Pajjiżi l-Baxxi)
- Sit elettroniku: Il-Eurojust
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tappoġġja l-koordinazzjoni ġudizzjarja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata serja li jaffettwaw aktar minn pajjiż wieħed tal-UE.
X’tagħmel
Hi tgħin il-pajjiżi tal-UE jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE billi:
- tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jinvolvu tal-anqas żewġ pajjiżi
- tgħin biex jissolvew konflitti ta' ġurisdizzjoni
- tiffaċilita l-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti legali tal-UE, bħall-Mandati ta' Arrest Ewropej u l-ordnijiet ta' konfiska u ffriżar.
Biex tagħmel dan, il-Eurojust:
- torganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni
- tiffinanzja u tipprovdi input espert fit-timijiet ta' investigazzjoni konġunta (JITs)
- torganizza ċentri ta’ koordinazzjoni.
Hi tospita wkoll is-Segretarjati tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, in-Netwerk tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta u n-Netwerk għal investigazzjoni u għal prosekuzzjoni ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti ta' gwerra (in-Netwerk Ġenoċidju).
Min jibbenefika
L-awtoritajiet nazzjonali huma l-imsieħba ewlenin tal-Eurojust. Il-Eurojust tgħaqqad flimkien l-awtoritajiet tal-inforzar tal-liġi u l-prosekuturi, billi tpoġġihom f'qagħda li jiġġieldu l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi żewġ pajjiżi jew aktar tal-UE.
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
- Sit web
- https://www.eurojust.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +31 70 412 50 00
- Numru tal-faks
- +31 70 412 50 05
- Indirizz postali
- Johan de Wittlaan 9, 2517 JR Den Haag, Netherlands