Ħarsa ġenerali
- Rwol: Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE billi timmaniġġja sistemi tal-IT fuq skala wiesgħa
- Direttur: Krum Garkov
- Stabbilita: fl-2011, operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2012
- Numru ta’ persunal: 137
- Lokalità: Sede: Tallinn (l-Estonija), sit operazzjonali: Strasburgu (Franza), sit ta’ appoġġ: Sankt Johann im Pangau (l-Awstrija)
- Sit web: eu-LISA
eu-LISA tipprovdi appoġġ teknoloġiku għall-isforzi tal-pajjiżi tal-UE biex l-Ewropa ssir aktar sigura.
Dak li tagħmel
Hi timmaniġġja sistemi tal-IT integrati fuq skala wiesgħa li
- jieħdu ħsieb is-sigurtà interna fil-pajjiżi ta' Schengen
- tippermetti lill-pajjiżi ta' Schengen jiskambjaw dejta dwar il-viżi
- tiddetermina liema pajjiż tal-UE hu responsabbli biex jeżamina applikazzjoni ta' asil partikulari.
Tgħin tiżgura li l-Ewropej jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles fl-UE, mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà tal-UE.
L-aġenzija tittestja wkoll teknoloġiji ġodda biex tgħin tidħol fis-seħħ sistema ta' mmaniġġjar tal-fruntieri fl-UE aktar moderna, effiċjenti u sigura. Hi tikkoordina l-ittestjar u s-segwitu tal-proġett pilota Fruntieri Intelliġenti, l-analiżi tar-riżultati u r-rapportar dwar il-proġett pilota, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE u mal-istituzzjonijiet Ewropej parteċipanti.
Min jibbenifika
Ir-residenti tal-UE, li jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles u b'mod sikur fl-UE.
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali ta' sistemi ta' IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)
- Sit web
- https://eulisa.europa.eu/
- Indirizz postali
- Vesilennuki 5, 10415 Tallinn Estonia, Estonia
- Media soċjali