Skip to main content
European Union
European Ombudsman

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jinvestiga l-ilmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE.
  • Ombudsman: Emily O'Reilly
  • Stabbilit: fl-1995
  • Jinsab: fi Strasbourg (Franza)
  • Sit web: L-Ombudsman Ewropew

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga l-ilmenti dwar amministrzzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE. Dawn jistgħu jitressqu miċ-ċittadini jew mir-residenti tal-pajjiżi tal-UE jew minn assoċjazzjonijiet jew negozjibbażati fl-UE.

X’jagħmel l-Ombudsman?

L-Ombudsman jinvestiga tipi differenti ta’ amministrazzjoni ħażina, pereżempju:

  • imġiba inġusta
  • diskriminazzjoni
  • abbuż ta’ poter
  • nuqqas ta’ informazzjoni jew rifjut li tingħata informazzjoni
  • dewmien mhux meħtieġ
  • proċeduri żbaljati.

Kif jintgħażel l-Ombudsman?

Il-Parlament Ewropew jeleġġi l-Ombudsman għal terminu ta’ 5 snin li jista' jiġġedded. Dan huwa wieħed mill-ewwel kompiti tiegħu meta jkun għadu kif ġie elett.

Kif jaħdem l-Ombudsman?

L-uffiċċju tal-Ombudsman jiftaħ l-investigazzjonijiet wara li jirċievi lment jew b’inizjattiva tiegħu. Korp imparzjali, ma jieħu ordnijiet minn l-ebda gvern jew organizzazzjoni oħra. Jipproduċi rapport ta' attività annwali għall-Parlament Ewropew.

L-Ombudsman jista' jsolvi wkoll il-problema tiegħek sempliċiment billi jinforma l-istituzzjoni kkonċernata. Jekk ikun hemm bżonn aktar minn dan, isir kull sforz biex tintlaħaq soluzzjoni amikevoli li ssolvi l-kwistjoni. Jekk dan ma jirnexxix, l-Ombudsman jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjoni. Jekk dawn ma jiġux aċċettati, l-Ombudsman jista' jfassal rapport speċjali lill-Parlament Ewropew, li mbagħad għandu jieħu azzjoni adegwata.

L-Ombudsman u int

Jekk m’intix sodisfatt b’istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE, għandek l-ewwel tagħtiha l-opportunità li tikkoreġi s-sitwazzjoni. Jekk dan ma jaħdimx, tista’ tilmenta quddiem l-Ombudsman.

Għandek tagħmel l-ilment tiegħek fi żmien sentejn mid-data meta sirt konxju mill-problema. Ara li tgħid min inti, dwar liema istituzzjoni jew korp qed tilmenta, u għalfejn. Tista’ titlob li l-ilment jibqa’ kunfidenzjali.

Jekk l-Ombudsman ma jkunx jista' jittratta l-ilment tiegħek, inti tiġi informat b'korpi oħrajn li jkunu jistgħu jgħinuk.

Ara wkoll

L-Ombudsman jista’ jgħinek?

Ressaq ilment

Pubblikazzjonijiet

Ombudsman nazzjonali

Impjiegi

Min hu min

Kuntatt

Isem
L-Ombudsman Ewropew
Sit web
https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home/
Numru tat-telefown
+33 3 88 17 23 13
Numru tal-faks
+33 3 88 17 90 62
Indirizz postali
1 avenue du Président Robert Schuman, 67001 Strasbourg CS 30403, France
Media soċjali