Mur għall-kontenut ewlieni
Servizz interistituzzjonali tal-UEEuSA

Skola Ewropea tal-Amministrazzjoni (EUSA)

Logo of European School of Administration

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Il-missjoni tal-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni hi li tipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE u tal-istaff tagħhom.
  • Kap: Anna Mitelman
  • Stabbilita: fl-2005
  • Numru ta’ staff: 20
  • Post: Brussell u l-Belt tal-Lussemburgu
  • Sit webSkola Ewropea tal-Amministrazzjoni 

X’tagħmel

L-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni tipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ għall-istaff tal-UE. L-offerta ta’ tagħlim tinkludi:

  • Programmi ta’ żvilupp ta’ management u tmexxija
  • Korsijiet ta’ taħriġ għal parteċipanti ġodda
  • Ċertifikazzjoni: proċedura li biha l-uffiċjali jistgħu jiċċaqalqu mill-grupp ta’ funzjoni ta’ assistent (AST) għall-grupp ta’ funzjoni ta’ amministratur (AD)
  • Taħriġ ta’ Ħiliet Ewlenin għall-istaff tal-UE (inklużi korsijiet u sessjonijiet ta’ ħidma dwar ir-reżiljenza)
  • Programm Erasmus għall-Amministrazzjoni Pubblika: żjarat ta’ studju qosra għal impjegati żgħażagħ taċ-ċivil nazzjonali mill-pajjiżi tal-UE li xogħolhom jinvolvi affarijiet tal-UE.
  • DISPA: network ta’ Diretturi tal-Istituti u l-Iskejjel tal-Amministrazzjoni Pubblika tal-Istati Membri, kif ukoll l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA). L-istituzzjonijiet tal-UE huma rrappreżentati mill-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni u mill-Unità tat-Tagħlim u l-Iżvilupp tal-Kummissjoni Ewropea. L-għan ta’ dan in-network hu li jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba fil-qasam tat-taħriġ għall-impjegati taċ-ċivil.

Min jibbenefika? 

L-istaff tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-UE jibbenefika minn din l-offerta ta’ tagħlim, li tgħin lill-istaff tal-UE jikber professjonalment, jiżviluppa ħiliet ġodda u, fl-aħħar mill-aħħar, jilħaq il-potenzjal tiegħu. 

Aktar Informazzjoni

Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

Kuntatt

Skola Ewropea tal-Amministrazzjoni

Isem
Skola Ewropea tal-Amministrazzjoni
Sit web
https://commission.europa.eu/about-european-commission/departments-and-executiv…
Email
EPSO-EUSA-INFOatec [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+ 32 (0)2 29 68 323
Indirizz postali
Skola Ewropea tal-Amministrazzjoni, Rue Philippe le Bon, 3 (PLB3 06), 1000 Bruxelles/Brussels, Belgium
Uffiċċju
Rue Adolphe Fischer 135 (FISR), 1521, Luxembourg
Media soċjali