Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Logo of European Union Agency for Fundamental Rights (FRA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: tipprovdi parir ibbażat fuq evidenza dwar id-drittijiet fundamentali
  • Direttur: Michael O’Flaherty
  • Stabbilita: fl-2007
  • Numru ta’ persunal: 105 
  • Lokalità: Vjenna (l-Awstrija)
  • Sit web: FRA

L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tipprovdi pariri indipendenti bbażati fuq l-evidenza lill-UE u lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet nazzjonali, u b’hekk tgħin sabiex jinħolqu dibattiti, politiki u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali aktar infurmati u immirati.

Dak li tagħmel

Hi tagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali, b’mod partikulari fl-oqsma:

  • tad-diskriminazzjoni
  • tal-aċċess għall-ġustizzja
  • tar-razziżmu u l-ksenofobija
  • tal-protezzjoni tad-dejta
  • tad-drittijiet tal-vittmi
  • tad-drittijiet tat-tfal.

L-Aġenzija għandha l-għan li tgħin biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet fundamentali b’mod aktar effettiv fl-UE kollha. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni qiegħda tikkonsulta u tikkoopera mal-imsieħba tagħha dwar:

  • il-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni u tad-dejta permezz ta’ riċerka legali u soċjali
  • l-ipprovdir ta' assistenza u l-parir minn esperti
  • il-komunikazzjoni u l-qawmien ta' għarfien tad-drittijiet.

Min jibbenifika

L-FRA żżomm kooperazzjoni kontinwa mal-istituzzjonijiet u l-gvernijiet tal-UE, tipprovdilhom parir espert indipendenti u analiżi tad-drittijiet fundamentali. Hi waqqfet netwerks u stabbilit rabtiet ma’ msieħba fil-livelli kollha, sabiex il-parir u r-riċerka tagħha jistgħu jilħqu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-gvernijiet nazzjonali u fl-UE.

L-FRA żżomm b’mod partikulari relazzjonijiet ta’ ħidma mill-qrib:

Ara wkoll

Pubblikazzjonijiet u riżorsi 

Proġetti ta' riċerka 

Programm annwali ta' ħidma 

Qafas pluriennali għall-2018-2022

Pjan Strateġiku tal-FRA 2018-2022 

Sfidi u kisbiet tad-drittijiet fundamentali 

L-aħħar aħbarijiet u avvenimenti 

Kuntatt

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+43 1 580 30 0
Numru tal-faks
+43 1 580 30 699
Indirizz postali
Schwarzenbergplatz 11, 1040 WIEN, Austria
Media soċjali