Skip to main content
Impriża konġunta tal-UE

Impriża Konġunta IMI 2 (Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi)

Logo of IMI 2 Joint Undertaking

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Biex tavvanza l-iżvilupp tal-mediċini billi tiffaċilita l-kollaborazzjoni miftuħa dwar ir-riċerka
  • Direttur: Pierre Meulien
  • Sħab: L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA)
  • Stabbilita: fl-2008
  • Numru ta’ persunal: 37
  • Lokalità: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Impriża Konġunta IMI 2 (IMI2 JU)

L-iżvilupp tal-mediċini ġodda hu diffiċli, għali, ineffiċjenti u jieħu ħafna żmien. L-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (Impriża Konġunta IMI 2) tappoġġja r-riċerka kollaborattiva biex jittejjeb il-proċess sħiħ tal-iżvilupp u tagħmlu aktar effiċjenti, billi tagħti lill-pazjenti aċċess aktar veloċi għal mediċini aħjar u aktar sikuri.

Dak li tagħmel

Hi ttejjeb u tgħaġġel l-iżvilupp tal-mediċini billi tappoġġja l-kollaborazzjoni miftuħa dwar ir-riċerka biex jiġu indirizzati sfidi komuni.

Hi tiffinanzja l-proġetti ta' riċerka kollaborattivi li jlaqqgħu flimkien il-partijiet kollha involuti fir-riċerka tas-saħħa, inklużi:

  • l-universitajiet
  • l-industrija tal-farmaċewtiċi u industriji oħrajn
  • in-negozji żgħar u ta' daqs medju
  • l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti
  • ir-regolaturi tal-mediċini.

Dan l-approċċ iħalli riżultati fl-oqsma tal-mard fejn hemm nuqqas ta' trattamenti sikuri, effettivi (p.e. fid-dimensja) u/jew fejn l-impatt fuq is-saħħa pubblika hu l-akbar (p.e. fid-dijabete, fir-reżistenza għall-antimikrobiċi). L-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi tmexxi wkoll proġetti dwar kwistjonijiet transversali bħas-sikurezza tal-mediċina u d-dejta kbira.

Min jibbenifika

  • Il-pazjenti jistgħu jinfluwenzaw ir-riċerka fil-kundizzjonijiet tagħhom; b'mod aktar fit-tul, huma u s-soċjetà b'mod ġenerali se jibbenefikaw minn aċċess aktar veloċi għal mediċini aħjar u aktar sikuri.
  • Ir-riċerkaturi akkademiċi u n-negozji żgħar u ta' daqs medju jiksbu aċċess għall-finanzjament tar-riċerka.
  • Il-kumpaniji farmaċewtiċi jiksbu t-tagħrif u l-għodod biex itejbu l-attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp tagħhom.
  • Il-parteċipanti tal-proġett kollha jibbenefikaw mill-kompetenzi esperti ta' sħab oħrajn u mill-opportunità li jittraduċu l-iskoperti xjentifiċi f'għodod utli, biex b'hekk javvanzaw l-iżvilupp tal-mediċini.

Ara wkoll

Sejħiet għal proposti

Skedi informattivi tal-proġetti

Stqarrijiet għall-istampa

Newsletter ta' kull xahar

Kuntatt

Impriża Konġunta IMI 2 (Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi)

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+32 2 221 81 81
Indirizz postali
IMI 2 Joint Undertaking, Avenue de la Toison d'Or 56-60/Gulden-Vlieslaan 56-60, 1060 Bruxelles / Brussel, Belgium
Media soċjali