Skip to main content
Impriża konġunta tal-UE

Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (IHI JU)

Innovative Health Initiative Joint Undertaking (IHI JU)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Biex ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-saħħa jissarrfu f’benefiċċji tanġibbli għall-pazjenti u s-soċjetà, u jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett fir-riċerka interdixxiplinari, sostenibbli u ffukata fuq il-pazjent dwar is-saħħa.
  • Direttur: Dr Pierre Meulien
  • Sħab: L-UE (irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea), COCIR (immaġnijiet mediċi, radjoterapija, ICT tas-saħħa u industriji elettromediċi); EFPIA (industrija bijofarmaċewtika), EuropaBio (industrija tal-bijoteknoloġija); MedTech Europe (industrija tat-teknoloġija medika) u Vaccines Europe (industrija tal-vaċċini).
  • Stabbilita fi: 2021
  • Numru ta’ staff: 55
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit webImpriża Konġunta IHI

Ix-xjenza qed tixpruna żviluppi ġodda li ħafna drabi jkopru setturi differenti fi ħdan il-komunità tax-xjenza tal-ħajja. B’riżultat ta’ dan, għadd dejjem jikber ta’ pazjenti diġà jużaw apparat mediku, teknoloġiji diġitali u servizzi tas-saħħa elettronika flimkien ma’ mediċini bħala parti mill-kura tas-saħħa tagħhom. 

Meta wieħed iħares lejn il-futur, huwa ċar li skoperti ġodda se jinvolvu dejjem aktar skoperti transsettorjali, bħal kombinazzjonijiet ta’ apparati mediċi u mediċini jew dijanjostika tal-IA. Madankollu, ħafna drabi, is-setturi industrijali involuti fir-riċerka u l-kura tas-saħħa (farmaċewtika, diġitali, IT, apparat mediku, dijanjostika, eċċ.) jaħdmu b’mod iżolat. Neħtieġu b’mod urġenti approċċ innovattiv u aktar integrat għar-riċerka dwar is-saħħa u l-kura tas-saħħa.

X’tagħmel

L-IHI għandha l-għan li:

  • tittrasforma r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa f’benefiċċji reali għall-pazjenti u għas-soċjetà
  • twassal innovazzjonijiet tas-saħħa sikuri u effettivi li jkopru l-ispettru kollu tal-kura – mill-prevenzjoni sad-dijanjożi u t-trattament – b’mod partikolari f’oqsma fejn hemm ħtieġa mhux issodisfata għas-saħħa pubblika 
  • tagħmel l-industriji tas-saħħa tal-Ewropa globalment kompetittivi.

Hi tiffinanzja l-proġetti ta' riċerka transsettorjali u kollaborattivi li jlaqqgħu flimkien il-partijiet kollha involuti fir-riċerka tas-saħħa, inklużi:

  • universitajiet
  • industriji relatati mas-saħħa
  • intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)
  • organizzazzjonijiet tal-pazjenti
  • korpi regolatorji.

L-IHI tibni fuq is-suċċessi u t-tagħlimiet meħuda mill-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi, sħubija bejn l-UE u l-industrija farmaċewtika. L-IMI wriet li approċċ ta’ sħubija pubblika-privata jagħti riżultati f’oqsma fejn hemm nuqqas ta’ trattamenti sikuri u effettivi (eż. id-dimenzja) u/jew fejn l-impatt fuq is-saħħa pubblika huwa l-akbar (eż. id-dijabete, ir-reżistenza antimikrobika). 
 

Min jibbenefika

  • Il-pazjenti jistgħu jinfluwenzaw ir-riċerka fil-kundizzjonijiet tagħhom; b'mod aktar fit-tul, huma u s-soċjetà b'mod ġenerali se jibbenefikaw minn aċċess aktar veloċi għal mediċini aħjar u aktar sikuri.
  • Ir-riċerkaturi akkademiċi u l-SMEs jiksbu għarfien u aċċess għall-finanzjament tar-riċerka.
  • Kumpaniji akbar jiksbu għarfien u għodod biex itejbu l-attivitajiet tagħhom ta’ R&Ż.
  • Il-parteċipanti kollha tal-proġett jibbenefikaw mill-għarfien espert ta’ sħab oħra u mill-opportunità li skoperti xjentifiċi jissarrfu f’għodod u riżorsi utli li fl-aħħar mill-aħħar se jgħinu fit-titjib tal-kura tas-saħħa.

Aktar informazzjoni

Applika għall-finanzjament

Skedi informattivi dwar il-proġetti

Newsletter ta’ kull xahar

Kuntatt

Isem
Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (IHI JU)
Sit web
https://www.ihi.europa.eu/
Email
Numru tat-telefown
+32 2 221 81 81
Indirizz postali
IHI JU, TO 56, 1049 Bruxelles/ Brussel, Belgium
Media soċjali