Skip to main content
Impriża konġunta tal-UE

Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin

Key Digital Technologies Joint Undertaking

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (KDT JU) hija sħubija pubblika-privata li timmaniġġja programm ta’ riċerka u innovazzjoni li għandu l-għan li jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE fis-settur tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi.
  • Direttur: Bert De Colvenaer
  • Membri jew sħab:
    • l-UE, rappreżentata mill-Kummissjoni;
    • l-istati parteċipanti li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżlanda, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Ungerija, l-Iżvezja;
    • l-assoċjazzjonijiet industrijali li ġejjin: EPoSS, AENEAS u INSIDE li jirrappreżentaw is-setturi tal-mikro u n-nanoelettronika, sistemi integrati intelliġenti, u sistemi inkorporati/ċiberfiżiċi.
  • Stabbilita fi: 2021
  • Numru ta’ staff: 31
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin

X’tagħmel

Il-KDT JU tiffinanzja proġetti biex tiżgura li l-UE jkollha l-għarfien espert meħtieġ f’teknoloġiji abilitanti essenzjali biex tkun mexxejja kompetittiva tal-ekonomija diġitali tad-dinja. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ semikondutturi u applikazzjonijiet avvanzati li huma kritiċi għas-soċjetà Ewropea u li jikkontribwixxu għall-istrateġija diġitali tal-UE u għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-proġetti ffinanzjati mill-KDT JU jipprovdu soluzzjonijiet intelliġenti għal:

  • il-mobbiltà
  • il-kura tas-saħħa
  • l-ambjent
  • l-enerġija
  • is-soċjetà diġitali
  • il-manifattura

L-objettivi tal-KDT JU huma li:

  • issaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi
  • tistabbilixxi eċċellenza xjentifika u tmexxija innovattiva tal-UE fil-komponenti u fis-sistemi tat-teknoloġiji emerġenti
  • tiżgura li l-komponenti u t-teknoloġiji tas-sistemi jindirizzaw l-isfidi soċjetali u ambjentali tal-Ewropa
  • tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta’ disinn u ta’ produzzjoni fl-Ewropa għal oqsma strateġiċi ta’ applikazzjoni
  • tniedi portafoll ibbilanċjat ta’ proġetti kbar u żgħar li jappoġġjaw it-trasferiment rapidu ta’ teknoloġiji mir-riċerka għall-ambjent industrijali
  • trawwem ekosistema dinamika tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi mal-UE kollha bbażata fuq ktajjen tal-valur diġitali b’aċċess simplifikat għal parteċipanti ġodda
  • tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp biex ittejjeb it-teknoloġiji tal-komponenti li jiggarantixxu s-sigurtà, il-fiduċja u l-effiċjenza enerġetika għall-infrastrutturi u għas-setturi kritiċi fl-Ewropa
  • timmobilizza r-riżorsi nazzjonali u tiżgura l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-UE u nazzjonali fil-qasam tal-komponenti u tas-sistemi elettroniċi
  • tistabbilixxi konsistenza bejn l-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-KDT JU u l-politiki tal-UE 

Il-KDT JU tiffinanzja proġetti permezz ta’ sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti kull sena.
 

Min jibbenefika?

Kwalunkwe negozju jew organizzazzjoni ta’ riċerka fl-UE jew f’pajjiżi oħra assoċjati mal-programm Orizzont Ewropa jistgħu jipparteċipaw fi proġetti.

Madankollu, in-negozji u l-organizzazzjonijiet ibbażati f’pajjiżi oħra jistgħu wkoll ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw taħt ċerti kundizzjonijiet
 

Aktar Informazzjoni

Il-KDT JU tibni fuq il-predeċessur tagħha, il-programm tal-Impriża Konġunta ECSEL li kien suċċess. Id-dokumenti li ġejjin jipprovdu informazzjoni dwar dak il-programm.

Ktieb ta’ Proġetti (eżempji ta’ proġetti tal-passat):

Tisħiħ tat-Trasformazzjoni Diġitali fl-Ewropa (ktieb) 

L-Innovazzjoni fl-Azzjoni (flimkien ma’ Impriżi Konġunti oħra)

Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa, inkluża l-KDT JU

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-programm Orizzont Ewropa.

Rapport Annwali tal-Attività tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena 2020
 

Kuntatt

Isem
Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin
Sit web
https://www.kdt-ju.europa.eu/
Email
Numru tat-telefown
00 32 2 221 81 02
Numru tal-faks
00 32 2 221 81 12
Indirizz postali
White Atrium Building, Avenue de la Toison d'Or/Guldenvlieslaan 56-60, 1060 Brussels, Belgium
Media soċjali