Skip to main content
Servizz interistituzzjonali tal-UEOP

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Publications Office of the European Union logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jappoġġja l-politiki tal-UE u jipprovdi servizzi ta’ pubblikazzjoni lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE
  • Direttur Ġenerali: Is-Sa Hilde Hardeman
  • Stabbilit fi: 1969
  • Numru ta’ staff: 615
  • Post: Il-Lussemburgu
  • Sit webL-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE

X’jagħmel

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huwa l-fornitur uffiċjali tas-servizzi ta’ pubblikazzjoni għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE. Dan jagħmlu l-punt ċentrali ta’ aċċess għal-liġi tal-UE, il-pubblikazzjonijiet, id-data miftuħa, ir-riżultati tar-riċerka, l-avviżi tal-akkwist, u informazzjoni uffiċjali oħra. 

Il-missjoni tiegħu hija li jappoġġja l-politiki tal-UE u li jagħmel firxa wiesgħa ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħala data aċċessibbli u li tista’ terġa’ tintuża. L-għan ġenerali huwa li jiffaċilia t-trasparenza, l-attività ekonomika, u t-tixrid tal-għarfien.

Min jibbenefika?

L-udjenza ewlenija tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hija l-pubbliku (individwi u negozji). 

Bis-saħħa ta’ xogħolna, firxa wiesgħa ta’ informazzjoni uffiċjali tal-UE hija disponibbli għall-pubbliku bħala data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ terġa’ tintuża (FAIR) — essenzjali fl-ekonomija tal-lum xprunata mid-data. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għalhekk jappoġġja t-trasparenza, l-attività ekonomika, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji moderni bħall-intelliġenza artifiċjali, u l-aċċess għall-għarfien b’mod ġenerali. 

Dan ifisser li għandna rwol sinifikanti f’diversi prijoritajiet politiċi tal-UE: id-demokrazija, l-ekonomija u t-trasformazzjoni diġitali.

Aktar Informazzjoni

EUR-Lex – Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

TED – Akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea

CORDIS – proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE u r-riżultati tagħhom

Whoiswho tal-UE – Id-direttorju uffiċjali tal-UE

Portal tad-Data Ewropea – Informazzjoni tas-settur pubbliku miġbura minn portali ta’ data pubblika fl-UE

Taħriġ dwar l-aċċessibbiltà

Kuntatt

Isem
Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
Sit web
https://op.europa.eu/mt/home
Numru tat-telefown
+352 29 291
Indirizz postali
2 rue Mercier, 2985 Il-Lussemburgu, Luxembourg
Media soċjali