Skip to main content
Aġenzija tal-politika estera u ta' sigurtà komuni

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen)

Intro

European Union Satellite Centre - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jappoġġja l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) billi jipprovdi servizzi abbażi tal-assi spazjali u tad-dejta kollaterali
  • Direttur: Sorin Ducaru
  • Imsieħba: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn
  • Stabbilit: fl-2002 (iċ-Ċentru Satellitari tal-Punent tal-Unjoni Ewropea mill-1993 sal-2001)
  • Numru ta’ persunal: 145
  • Lokalità: Torrejón de Ardoz (Spanja)
  • Sit web:  SatCen tal-UE

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen) jappoġġja t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-azzjoni tal-UE fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Ewropa. Dan ifisser l-ipprovdir ta' prodotti u ta' servizzi abbażi tal-esplojtazzjoni tal-assi spazjali u tad-dejta kollaterali, inklużi l-immaġni bis-satellita u l-immaġni mill-ajru, u s-servizzi relatati.

Dak li tagħmel

Taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u d-direzzjoni operazzjonali tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE, is-SatCen jipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet bi twissijiet bikrija ta' kriżijiet potenzjali kif ukoll għarfien tas-sitwazzjoni globali. Dan jippermetti lill-UE tieħu miżuri diplomatiċi, ekonomiċi u umanitarji fi żmien xieraq, inkluż l-ippjanar ġeneriku għal intervent.

Min jibbenifika

  • Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
  • Il-pajjiżi tal-UE
  • Il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE
  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • il-pajjiżi li mhux fl-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).

Ara wkoll

Dokumenti u pubblikazzjonijiet ewlenin

Avvenimenti ta' SatCen

Opportunitajiet ta' karriera

Kuntatt

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen)

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+34 91 678 60 00
Numru tal-faks
+34 91 678 60 06