Skip to main content
Logo of SESAR Joint Undertaking

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Immodernizzar tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
  • Direttur Eżekuttiv: Florian Guillermet
  • Stabbilita: fl-2007
  • Numru ta’ persunal: 39
  • Lokalità: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Impriża Konġunta SESAR

Dak li tagħmel

Xiex – tgħin timmodernizza s-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-Ewropa, twassal titjib fil-kosti, il-kapaċità, is-sikurezza u l-impatt ambjentali.

Kif –  billi tikkoordina u tlaqqa' flimkien l-isforzi kollha rilevanti ta' riċerka u ta' żvilupp fl-UE, biex b'hekk tiżgura li r-riżultati tar-riċerka huma applikati b'mod effettiv fil-qasam.

Min jibbenifika

L-Impriża Konġunta SESAR għandha rwol essenzjali fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva "Ajru Uniku Ewropew" tal-UE. Hi għalhekk twassal benefiċċji soċjali sinifikanti u l-utenti tal-ispazju tal-ajru jibbenefikaw fil-kuntest tal-inizjattiva usa'. Bir-razzjonalizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew, l-"Ajru Uniku Ewropew":

  • se jnaqqas il-kosti
  • se jnaqqas l-impatt ambjentali
  • se jżid il-kapaċità
  • se jagħmel is-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru aktar effiċjenti, b'benefiċċji li jinkludu ħinijiet ta' vvjaġġar iqsar u sikurezza mtejba.

Ara wkoll

Skopri SESAR

Programm ta' ħidma multiannwali 2020 ta' SESAR

Fuljetti u Pubblikazzjonijiet

Kuntatt

Impriża Konġunta SESAR

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+32 2 507 80 00
Numru tal-faks
+32 2 507 80 01
Indirizz postali
SESAR Joint Undertaking, Avenue de Cortenberg 100, 1000 Bruxelles/Brussel, Belgium
Media soċjali