Ħarsa ġenerali
Belt kapitali: Vjenna
Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: Il-Ġermaniż
Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1995
Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999
Schengen: membru taż-żona Schengen mill-1 ta’ Diċembru 1997
Ċifri: Daqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist
Sistema politika
L-Awstrija hi repubblika parlamentari federali b’kap tal-gvern - il-kanċillier - u kap tal-istat - il-president. Il-pajjiż hu magħmul minn 9 stati (Bundesländer). Kemm il-gvernijiet reġjonali kif ukoll federali jeżerċitaw setgħa eżekuttiva. Il-Parlament federali jikkonsisti minn 2 ikmamar: il-Kamra Inferjuri (Nationalrat) - eletta direttament - u l-Kamra Superjuri (Bundesrat) - eletta mill-parlamenti reġjonali.
Kummerċ u ekonomija
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Awstrija fl-industrija tal-2020 (21.4%), il-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel (20.4%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (18.6%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 69% tal-esportazzjonijiet tal-Awstrija (il-Ġermanja 30%, l-Italja 6% u Franza 4%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fl-Istati Uniti u 5% fl-Iżvizzera.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 77% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 41%, l-Italja 6% u ċ-Ċekja u n-Netherlands 4%), filwaqt li barra mill-UE 4% jiġu mill-Iżvizzera u 4% miċ-Ċina.
L-Awstrija fl-UE
Il-Parlament Ewropew
Hemm 18-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Awstrija. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Awstrija
Il-Kunsill tal-UE
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Awstrijak, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.
Dati tal-Presidenzi Awstrijaċi:
Lul-Diċ 1998 | Jan-Ġun 2006 | Lul-Diċ 2018
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissarju nominat mill-Awstrija għall-Kummissjoni Ewropea hu Johannes Hahn, li hu responsabbli għall-Baġit u l-Amministrazzjoni.
Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Awstrija
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-Awstrija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
L-Awstrija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE
L-Awstrija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Awstrija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Il-Baġits u l-Finanzjament
Kemm tħallas u tirċievi l-Awstrija?
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:
Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Awstrija
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Awstrija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Skopri aktar dwar kif l-Awstrija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.