Ħarsa ġenerali
Belt kapitali: Brussell
Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: l-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż
Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1958
Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999
Schengen: membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995.
Ċifri: Daqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwisthttps://data.ec.europa.eu/ewp/3ff0476e-6735-41ef-9e24-70ff77a06c3bhttps…
Is-sistema politika
Il-Belġju huwa monarkija kostituzzjonali federali fejn ir-Re huwa l-kap tal-istat u l-prim ministru huwa l-kap tal-gvern f’sistema multipartitarja. Is-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhumiex ċentralizzati, iżda maqsumin bejn 3 livelli ta’ gvern: il-gvern federali, 3 komunitajiet ibbażati fuq il-lingwa (Fjamminga, Franċiża u Ġermaniża) u 3 reġjuni (il-Fjandri, il-Kapitali ta’ Brussell u l-Vallonja). Legalment kollha huma ugwali, iżda għandhom setgħat u responsabbiltajiet għal oqsma differenti. Brussell, flimkien mal-belt tal-Lussemburgu u Strasburgu, hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej.
Kummerċ u ekonomija
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Belġju fl-2020 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (22.0%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (17.7%) u l-industrija (16.4%).
Il-kummerċ intra-UE jammonta għal 65% tal-esportazzjonijiet tal-Belġju (il-Ġermanja 17%, Franza 14% u n-Netherlands 12%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fir-Renju Unit u 7% fl-Istati Uniti.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 62% jiġu minn Stati Membri tal-UE (in-Netherlands 17%, il-Ġermanja 14% u Franza 10%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu mill-Istati Uniti u 5% miċ-Ċina.
Il-Belġju fl-UE
Il-Parlament Ewropew
Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Belġju. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Belġju
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-Gvern Belġjan, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.
Dati tal-Presidenzi Belġjani:
Jannar-Ġunju 1958 | Jannar-Ġunju 1961 | Jannar-Ġunju 1964 | Jannar-Ġunju 1967 | Jannar-Ġunju 1970 | Jannar-Ġunju 1973 | Lulju-Diċembru 1977 | Jannar-Ġunju 1982 | Jannar-Ġunju 1987 | Lulju-Diċembru 1993 | Lulju-Diċembru 2001 | Lulju-Diċembru 2010
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissarju nominat mill-Belġju għall-Kummissjoni Ewropea hu Didier Reynders, li hu responsabbli għall-Ġustizzja.
Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Belġju
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-Belġju għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Il-Belġju għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE
Il-Belġju jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Belġju, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Baġits u Finanzjament
Kemm iħallas u jirċievi l-Belġju?
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:
Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Belġju
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Belġju jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Skopri aktar dwar kif il-Belġju jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.