Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Copenhagen

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: id-Daniż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1973

Munita: il-krona Daniża DKK. Id-Danimarka innegozjat klawsola ta’ nonparteċipazzjoni fl-euro u għalhekk mhix marbuta li tintroduċih.

Schengen: membru taż-żona Schengen mill-25 ta’ Marzu 2001.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Id-Danimarka hi monarkija kostituzzjonali. Hi għandha sistema parlamentari rappreżentattiva b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-monarka - li uffiċjalment iżomm is-setgħa eżekuttiva, għalkemm id-dmirijiet tiegħu huma strettament rappreżentattivi u ċerimonjali. Ir-renju għandu wkoll 2 pajjiżi kostitwenti awtonomi fl-Atlantiku, li ebda wieħed minnhom mhu membru tal-UE: il-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tad-Danimarka fl-2020 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (21.5%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (19.3%) u l-industrija (18.2%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 52% tal-esportazzjonijiet tad-Danimarka (il-Ġermanja 14% u l-Iżvezja 9%), filwaqt li barra mill-UE 11% jmorru fl-Istati Uniti u 6% fin-Norveġja.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 22%, l-Iżvezja 13% u n-Netherlands 9%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 4% min-Norveġja.

Id-Danimarka fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 14-il membru tal-Parlament Ewropew mid-Danimarka. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fid-Danimarka

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Daniż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Daniżi:

Lulju-Diċembru 1973 | Jannar-Ġunju 1978 | Lulju-Diċembru 1982 | Lulju-Diċembru 1987 | Jannar-Ġunju 1993 | Lulju-Diċembru 2002 | Jannar-Ġunju 2012

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mid-Danimarka għall-Kummissjoni Ewropea hi Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fid-Danimarka

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Id-Danimarka għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Id-Danimarka għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Id-Danimarka tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tad-Danimarka, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi d-Danimarka?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Proġetti ffinanzjati mill-UE fid-Danimarka

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mid-Danimarka jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif id-Danimarka tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.