Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Dublin

Lingwa/i uffiċjali tal-UE: l-Irlandiż, l-Ingliż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1973

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: L-Irlanda nnegozjat klawsola ta’ nonparteċipazzjoni miż-żona Schengen.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

L-Irlanda hija repubblika parlamentari li tikkonsisti minn 26 kontea. Il-kap tal-gvern - il-prim ministru - huwa maħtur mill-president wara n-nomina mill-Kamra Inferjuri (Dail) u jeżerċita setgħat eżekuttivi. Il-kap tal-istat - il-president - għandu l-aktar setgħat ċerimonjali. Il-Parlament għandu 2 ikmamar (Kamra Superjuri u Inferjuri).

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Irlanda fl-2020 kienu l-industrija (38.3%), l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (17.4%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (10.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 41% tal-esportazzjonijiet tal-Irlanda (il-Belġju 13% u l-Ġermanja 11%), filwaqt li barra mill-UE 30% jmorru fl-Istati Uniti u 9% fir-Renju Unit.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 38% jiġu minn Stati Membri tal-UE (Franza 11% u l-Ġermanja 9%), filwaqt li barra mill-UE 27% jiġu mir-Renju Unit u 13% mill-Istati Uniti.

L-Irlanda fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 13-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Irlanda. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Irlanda

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Fil-laqgħat tal-Kunsill jiltaqgħu b'mod regolari rappreżentanti mill-gvern Irlandiż, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull 6 xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Irlandiżi:

Jan-Ġun 1975 | Lul-Diċ 1979 | Lul-Diċ 1984 | Jan-Ġun 1990 | Lul-Diċ 1996 | Jan-Ġun 2004 | Jan-Ġun 2013

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Irlanda għall-Kummissjoni Ewropea hi Mairead McGuinness, li hi responsabbli għas-Servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Irlanda

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Irlanda għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Irlanda għandha 8 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

L-Irlanda tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Irlanda, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Irlanda?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Irlanda

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Irlanda jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Irlanda tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.