Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Ruma

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: it-Taljan

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1958

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Ottubru 1997.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

L-Italja hi repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - maħtur mill-president u kap tal-istat - il-president. Il-Parlament hu magħmul minn 2 ikmamar: il-Kamra tad-Deputati u s-Senat tar-Repubblika. Il-pajjiż hu maqsum f’20 reġjun. 5 minnhom għandhom status awtonomu speċjali, li jippermettilhom jgħaddu leġiżlazzjoni dwar xi kwistjonijiet lokali.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Italja fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.1%), l-industrija (19.5%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (17.5%).

Il-kummerċ intra-UE jammonta għal 51% tal-esportazzjonijiet tal-Italja (il-Ġermanja 13%, Franza 10%), filwaqt li barra mill-UE 10% jmorru fl-Istati Uniti u 6% fl-Iżvizzera.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 58% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 16%, Franza 8% u n-Netherlands 6%), filwaqt li barra mill-UE 9% jiġu miċ-Ċina u 4% mill-Istati Uniti.

L-Italja u l-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 76 membru tal-Parlament Ewropew mill-Italja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Italja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Taljan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Taljani:

Lulju-Diċembru 1959 | Lulju-Diċembru 1962 | Lulju-Diċembru 1965 | Lulju-Diċembru 1968 | Lulju-Diċembru 1971 | Lulju-Diċembru 1975 | Jannar-Ġunju 1980 | Jannar-Ġunju 1985 | Lulju-Diċembru 1990 | Jannar-Ġunju 1996 | Lulju-Diċembru 2003 | Lulju-Diċembru 2014

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Italja għall-Kummissjoni Ewropea hu Paolo Gentiloni, li hu responsabbli għall-Ekonomija.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Italja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Italja għandha 24 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Italja għandha 23 rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

L-Italja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Italja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Italja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Italja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Italja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Italja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.