Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Bucharest

Lingwa/i uffiċjali tal-UE: Ir-Rumen

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 2007

Munita: Il-Leu RON Rumen Ir-Rumanija impenjat ruħha li tadotta l-euro ladarba tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji.

Schengen: Ir-Rumanija tinsab fil-proċess li tissieħeb fiż-żona Schengen.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Ir-Rumanija hi repubblika semipresidenzjali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-funzjonijiet eżekuttivi huma miżmuma kemm mill-gvern kif ukoll mill-president. Il-pajjiż huwa maqsum f’41 kontea u l-muniċipalità ta’ Bucharest. Kull kontea hija amministrata minn kunsill tal-kontea, responsabbli għall-affarijiet lokali, u minn prefett responsabbli għall-amministrazzjoni tal-affarijiet nazzjonali fil-livell tal-kontea.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Rumanija fl-2020 kienu l-industrija (21.7%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (19.7%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (16.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 74% tal-esportazzjonijiet tar-Rumanija (il-Ġermanja 23%, l-Italja 11% u Franza 7%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fit-Turkija u r-Renju Unit.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 74% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 21%, l-Italja 9% u l-Ungerija 7%), filwaqt li barra mill-UE 6% jiġu miċ-Ċina u 4% mit-Turkija.

Ir-Rumanija fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 33 membru tal-Parlament Ewropew mir-Rumanija. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Fil-laqgħat tal-Kunsill jiltaqgħu b'mod regolari rappreżentanti mill-gvern Rumen, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull 6 xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Id-dati tal-Presidenzi Rumeni:

Jan-Ġun 2019

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mir-Rumanija għall-Kummissjoni Ewropea hi Adina-Ioana Vălean, li hi responsabbli għat-Transport.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Rumanija

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ir-Rumanija għandha 15-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Ir-Rumanija għandha 15-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Ir-Rumanija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tar-Rumanija, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi r-Rumanija?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fir-Rumanija

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mir-Rumanija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif ir-Rumanija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.