Mur għall-kontenut ewlieni

Sħubija mal-UE

Biex issir membru tal-UE trid tgħaddi minn proċedura kumplessa li ma ssirx f’daqqa waħda. Ladarba l-pajjiż applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet għas-sħubija, għandu jimplimenta r-regoli u r-regolamenti tal-UE fl-oqsma kollha.

Kwalunkwe pajjiż li jissodisfa l-kundizzjonijiet għas-sħubija jista' japplika. Dawn il-kundizzjonijiet huma magħrufin bħala l-“kriterji ta’ Kopenħagen” u jinkludu demokrazija stabbli u l-istat tad-dritt, ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-aċċettazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, inkluż l-euro.

Pajjiż li jixtieq jissieħeb mal-UE jissottometti applikazzjoni lill-Kunsill, li jistaqsi lill-Kummissjoni biex tevalwa l-kapaċità tal-applikant biex jilħaq il-kriterji ta' Copenhagen. Abbażi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill imbagħad jiddeċiedi dwar mandat ta’ negozjar. In-negozjati mbagħad jinfetħu formalment fuq bażi ta' suġġett suġġett.

Minħabba l-volum kbir tar-regoli u r-regolamenti tal-UE li kull pajjiż kandidat għandu jadotta bħala liġi nazzjonali, in-negozjati jieħdu ħafna żmien. Il-kandidati huma appoġġjati mil-lat finanzjarju, amministrattiv u tekniku matul dan il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni.

Pajjiżi kandidati

Dawn il-pajjiżi huma fil-proċess ta’ “traspożizzjoni” (jew ta’ integrazzjoni) tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali:

Kandidati potenzjali

Pajjiżi kandidati potenzjali li għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-sħubija tal-UE:

  • Il-Georgia
  • Il-Kosovo*
    * Dan l-isem hu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hu konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.