
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kienet sensiela ta’ dibattiti u diskussjonijiet immexxija miċ-ċittadini li ppermettew lin-nies minn madwar l-Ewropa jaqsmu l-ideat tagħhom – mir-rebbiegħa tal-2021 sar-rebbiegħa tal-2022 – u jgħinu fit-tiswir tal-futur komuni tagħna.
Il-Konferenza ntemmet fid-9 ta’ Mejju 2022 – Jum l-Ewropa – fi Strasburgu, meta l-Kopresidenti tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza ppreżentaw rapport finali li fih il-proposti lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
It-tliet istituzzjonijiet issa qed jeżaminaw kif jistgħu jsegwuhom b’mod effettiv, kull waħda fl-isferi ta’ kompetenzi tagħha stess u f’konformità mat-Trattati.
Skopri dwar il-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
Sfond
Dikjarazzjoni konġunta dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: involviment maċ-ċittadini għad-demokrazija u l-bini ta’ Ewropa aktar reżiljenti