Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Is-sistema politika

L-Ungerija hi repubblika parlamentari. Il-prim ministru li hu l-kap tal-gvern jeżerċita setgħa eżekuttiva. Il-president hu l-kap tal-istat, ir-responsabbiltajiet primarji tiegħu huma rappreżentattivi. L-Ungerija hija maqsuma fi 19-il kontea, Budapest, u 25 belt b’awtorità fil-livell tal-kontea.

Il-kummerċ u l-ekonomija

Il-PDG per capita tal-Ungerija ta’ €27,000 jikklassifika taħt il-medja tal-UE (€35,500). Dan jammonta għal 1% tal-PDG totali tal-UE.

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)

L-Ungerija fl-UE

Baġits u finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Ungerija mill-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, kompetittiva u ta’ suċċess. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li jkunu parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena

  

Proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Ungerija 

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Ungerija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.