Il-protezzjoni tad-data personali
L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utent.
Il-politika dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet Komunitarji hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE.
Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropa, fid-dominju europa.eu. Għalkemm tista' tibbrawżja fil-biċċa l-kbira ta' dawn is-siti web mingħajr ma tagħti ebda informazzjoni personali, f'xi każijiet, l-informazzjoni personali hija meħtieġa sabiex jiġu pprovduti sservizzi elettroniċi li titlob. Is-siti web li jirrikjedu informazzjoni bħal din jittrattawha f’konformità sħiħa mar-regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika dwar il-privatezza.
F'dan ir-rigward
- għal kull servizz elettroniku, kontrollur jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali u jiżgura l-konformità mal-politika dwar il-privatezza
- f'kull istituzzjoni, Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-regolament huma applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tal-obbligi tagħhom
- għall-istituzzjonijiet kollha, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data jaġixxi bħala awtorità superviżorja indipendenti
Il-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti terzi. Sabiex tuża kontenut ta’ parti terza fuq is-siti web tagħna, jista’ jkollok bżonn taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom, inklużi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma jkollna l-ebda kontroll fuqhom.
Servizz elettroniku
Servizz elettroniku fuq EUROPA hu servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-internet biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn naħa u l-istituzzjonijiet Ewropej min-naħa l-oħra.
Hemm 3 tipi ta’ servizzi elettroniċi offruti, jew li se jkunu offruti minn EUROPA:
- servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu lin-nies, il-midja, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u oħrajn b’aċċess għall-informazzjoni
- servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatt aħjar man-nies, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi, biex jiġu ffaċilitati konsultazzjonijiet u feedback dwar il-politiki
- servizzi li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta’ tranżazzjonijiet mal-UE bħall-akkwist, l-operazzjonijiet finanzjarji, ir-reklutaġġ, ir-reġistrazzjoni għal avveniment u l-akkwist ta’ dokumenti
Informazzjoni fi stqarrija speċifika ta’ privatezza
Stqarrija speċifika tal-politika dwar il-privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:
- liema informazzjoni tinġabar, għal liema skop u l-mezzi tekniċi li bihom l-UE tiġbor informazzjoni personali biex jintlaħaq skop speċifiku
- lil min se tingħata l-informazzjoni tiegħek
- kif tista' taċċessa l-informazzjoni tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tikkoreġiha
- għal kemm żmien tinżamm id-data tiegħek
- il-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex l-informazzjoni tiegħek tiġi ssalvagwardjata mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat
- lil min tikkuntattja jekk għandek mistoqsijiet jew ilmenti
Europa Analytics
L-Europa Analytics hu servizz korporattiv li jkejjel l-effettività u l-effiċjenza tas-sit europa.eu mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE.
Inti liberu li tirrifjuta l-użu ta’ dan is-servizz – jew permezz tal-banner tal-cookies li se jidher fl-ewwel paġna li żżur jew fuq l-Europa Analytics.
Il-Kummissjoni Ewropea tamministra l-paġni tagħha fuq l-internet (ec.europa.eu). Żur il-paġna tal-politika dwar il-privatezza biex timmaniġġja l-għażliet tiegħek.
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea (eż. il-Parlament Ewropew) attwalment jużaw sistema ta’ Analytics tagħhom stess. Żur il-paġni tal-avviżi legali tagħhom għal aktar informazzjoni.
L-għażla li ma tużax dan is-servizz ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fis-siti Europa.
Ikkuntattja s-siti ta’ Europa
Ħafna paġni web fuq Europa għandhom buttuna ta’ kuntatt, li tattiva s-software tal-email tiegħek u tistiednek biex tibgħat il-kummenti tiegħek f’kaxxa postali speċifika.
Meta tibgħat dawn il-messaġġi, id-data personali tinġabar mingħand min jirċeviha biss sakemm ikun hemm bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa postali ma jkunx jista' jwieġbek, jgħaddi l-email tiegħek lil servizz ieħor. Se tiġi infurmat permezz ta’ email dwar għand liema servizz ikun għaddiet il-mistoqsija tiegħek.
Jekk ikollok xi domandi dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata magħha, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.
Salvagwardja tal-informazzjoni
Id-data personali miġbura tinħażen f’kompjuter tas-subkuntrattur estern li jaġixxi bħala l-proċessur, li jrid jiggarantixxi l-protezzjoni taddata u l-kunfidenzjalità meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-verifika, il-modifika jew it-tħassir tal-informazzjoni
Jekk tkun trid tivverifika, timmodifika jew tħassar id-data personali tiegħek maħżuna mill-kontrolluri responsabbli għas-sit web ta’ Europa u s-subsiti tagħha, tista’ tibgħat email lill-kontrollur tad-data għas-sit web ta’ Europa fid-DĠ Komunikazzjoni fl-indirizz hawn taħt. Fl-email tiegħek, niżżel b’mod ċar it-talba tiegħek u inkludi l-URL tas-siti/paġni web li t-talba tiegħek tirreferi għalihom.