Ilmenti dwar ksur tal-liġi tal-UE
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tista’ tinforza d-drittijiet tiegħek aħjar fil-pajjiż fejn tgħix. Madankollu, l-Unjoni Ewropea toffrilek riżorsi li jistgħu jkunu utli għalik.
Jekk temmen li pajjiż tal-UE kiser il-liġi tal-UE billi
- implimenta miżura (adotta liġi jew regolament jew ħa azzjoni amministrattiva),
- ma ħax miżura partikolari, jew
- involva ruħu fi prattika partikolari,
tista’ tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
L-Ombudsman Ewropew jinvestiga lmenti minn individwi, negozji u organizzazzjonijiet dwar amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE.
Tista’ tressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.
Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)
Tista’ tirrapporta frodi li tinvolvi finanzjament tal-UE/persunal tal-UE lill-OLAF.
Biex issolvi kwistjoni ta’ ksur tal-liġi tal-UE, l-eħfef u l-aktar mod effettiv ta’ spiss huwa li tmur għand il-korpi jew l-awtoritajiet nazzjonali. L-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati nazzjonali huma l-atturi ewlenin responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Dan ifisser li huwa fl-interess tiegħek li tuża l-mezzi kollha possibbli ta’ rimedju fil-livell nazzjonali.