Drittijietek u r-regoli tal-UE
Jekk int ċittadin mhux tal-UE li qed tfittex li tmur toqgħod f’pajjiż tal-UE biex taħdem, tistudja jew tingħaqad ma’ membru tal-familja, tista’ tkun intitolat għal ċerti drittijiet skont ir-regoli tal-UE dwar l-immigrazzjoni. L-UE u l-pajjiżi tal-UE jikkondividu kompetenzi f’dan il-qasam, iżda huwa f’idejn kull pajjiż tal-UE li jieħu d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjonijiet individwali tal-migranti. F’oqsma fejn ma ġiet adottata l-ebda regola tal-UE, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu wkoll il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ permessi ta’ residenza u tax-xogħol f’pajjiżhom.
Għandek dejjem tapplika għal viża jew permess ta’ residenza direttament mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-UE li beħsiebek tmur toqgħod fih. M’hemm ebda istituzzjoni tal-UE li tittratta l-applikazzjonijiet jew toħroġ viżi jew permessi ta’ residenza f’isem pajjiżi individwali.
Jiena eliġibbli?
Ir-regoli komuni tal-UE dwar l-immigrazzjoni u l-viża japplikaw għall-individwi li ġejjin li qed ifittxu li jmorru jgħixu f’pajjiż tal-UE għal aktar minn 90 jum:
- ħaddiema bi kwalifiki għoljin
- ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali (ċittadini mhux tal-UE b’kuntratt tax-xogħol f’kumpanija stabbilita barra mill-UE, li huma offruti rwol f’fergħa tal-organizzazzjoni f’pajjiż tal-UE)
- ħaddiema staġjonali
- riċerkaturi
- studenti
- trainees u voluntieri (hemm regoli tal-UE dwar l-iskambju ta’ studenti u au pairs li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li japplikaw fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom).
Jekk int minn pajjiż minn barra l-UE, iżda qed toqgħod legalment f’pajjiż tal-UE, ir-regoli jippermettulek ukoll li:
- iġġib miegħek membri tal-familja
- issir resident għat-tul wara 5 snin ta’ residenza.
Dawn ir-regoli japplikaw fil-pajjiżi kollha tal-UE minbarra d-Danimarka u l-Irlanda.
F’liema kategorija ninsab jien?
Informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ persuni koperti mir-regoli. Regoli dwar viżi, permessi ta’ residenza u membri tal-familja li jingħaqdu miegħek skont il-kategorija ta’ individwi eliġibbli.
Qed taħseb biex timmigra lejn l-UE?
Informazzjoni dwar kif taħdem jew tistudja fl-UE għal aktar minn 90 jum u kif tingħaqad ma’ familtek. Tgħallem dwar drittijietek u x’għandek tagħmel jekk tixtieq tiċċaqlaq minn pajjiż tal-UE għal ieħor.
Qed taħseb biex tiġi tistudja fl-UE?
Informazzjoni dwar sistemi nazzjonali ta’ edukazzjoni għolja, opportunitajiet ta’ finanzjament u viżi u permessi ta’ residenza fil-pajjiżi tal-UE koperti mill-proġett Studja fl-Ewropa. Informazzjoni prattika biex tgħinek tipprepara biex tistudja fl-UE.