Skip to main content

Studju, taħriġ u volontarjat fl-Unjoni Ewropea

It-tagħlim fl-Ewropa

L-Unjoni Ewropea tgħin lill-pajjiżi membri tagħha fl-isforzi tagħhom biex jipprovdu l-aħjar opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ għaċ-ċittadini tagħhom. Tippromwovi wkoll it-tagħlim tal-lingwi fl-Ewropa billi:

  • tattira iktar għalliema u studenti biex jgħallmu u jitgħallmu l-lingwi
  • tinkuraġġixxi lill-istudenti, it-trainees, l-għalliema u ż-żgħażagħ biex jivvjaġġaw u jistudjaw/jaħdmu f’pajjiż barrani
  • tibni networks biex jinqasmu l-għarfien u l-esperjeza

Jekk trid tistudja, issegwi taħriġ jew tagħmel volontarjat, hemm għadd ta’ programmi tal-UE li jistgħu jgħinuk tkompli l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-iżvilupp personali tiegħek f’ħafna pajjiżi tal-UE.

Studju

Qed taħseb biex tistudja f’pajjiż barrani?

Sib kif tapplika, kemm huma twal il-korsijiet, kemm iqumu flus u liema ħiliet lingwistiċi se jkollok bżonn.

Għandek bżonn għajnuna finanzjarja għall-istudju jew it-taħriġ tiegħek?

Il-programm Erasmus+ jipprovdi finanzjament, għodod u riżorsi.

Int student minn pajjiż mhux tal-UE?

Skopri dak kollu li trid tkun taf dwar kif tippjana u tlesti l-istudji tiegħek fl-Ewropa.

Volontarjat

Interessat li tagħmel volontarjat?

Hemm ħafna modi kif tagħmel volontarjat kemm għal proġetti Ewropej kif ukoll għal dawk internazzjonali. Aqra dwar il-possibbiltajiet offruti.

Opportunitajiet ta’ riċerka

Interessat li tattendi università jew istituzzjoni ta’ riċerka f’pajjiż ieħor tal-UE, biex taħdem ma’ riċerkaturi oħra jew fuq proġetti marbutin mar-riċerka tiegħek jew simili għaliha?

Sib impjiegi ta’ riċerka u finanzjament skont il-pajjiż

Il-portal EURAXESS jelenka eluf ta’ postijiet battala u fellowships minn aktar minn 40 pajjiż Ewropew u reġjuni oħra madwar id-dinja.

Qed tistenna r-riżultati tar-riċerka tal-UE?

Hawnhekk issib il-pubblikazzjonijiet kollha, il-libreriji, l-arkivji u sorsi oħra ta’ data tal-UE.

Il-ħolqien ta’ negozju

Inti imprenditur żagħżugħ?

Minbarra li tiffinanzja inizjattivi għall-edukazzjoni u l-impjiegi, l-UE tiffinanzja wkoll programm ta’ skambju bejn pajjiżi differenti tal-UE għal imprendituri żgħażagħ aspiranti u tipprovdi finanzjament dirett lill-bdiewa żgħażagħ.

Informazzjoni ġenerali

Il-Portal taż-Żgħażagħ hu sors ta’ informazzjoni ċentrali għall-inizjattivi kollha tal-UE dwar it-tagħlim, ix-xogħol u l-volontarjat. Issib ukoll pariri dwar l-ivvjaġġar, informazzjoni dwar l-iskambji skolastiċi u inizjattivi oħra tal-UE bħad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.