Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-paġni kollha ppubblikati fuq id-dominju: https://european-union.europa.eu.
Ma tapplikax għall-kontenut jew għall-websites l-oħra li hemm fis-subdominji tiegħu. Dawk il-websites u l-kontenut tagħhom ikollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom.
Din il-website imexxiha d-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. U tfasslet biex jużawha kemm jista’ jkun nies, inkluż il-persuni b’diżabbiltà.
Tippermettilek pereżempju:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi,
- iżżur ħafna minnha bit-tastiera biss, u
- iżżur ħafna minnha b’qarrej tal-iskrin modern u b’software li jagħraf id-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mowbajl tiegħek).
L-istatus tal-konformità
Din il-website hi konformi parzjalment mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara l-kontenut mhux aċċessibbli għal aktar dettalji.
Il-website ġiet ittestjata l-aħħar fil-25 t’Ottubru 2024.
Tħejjija u reviżjoni ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta l-aħħar fit-28 ta’ Lulju 2026.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, b’taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Rispons
Napprezzaw nisimgħu mingħandek dwar l-aċċessibbiltà ta’ din il-website. Jekk issib xi diffikultajiet fl-aċċessibbiltà, ikkuntattjana:
- bit-telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- bil-formola tal-kuntatt: Iktbilna bil-formola mingħajr ma tagħti informazzjoni sensittiva, eż. informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew xi suġġett sensittiv ieħor.
Nippruvaw inweġbuk fi żmien 15-il jum tax-xogħol.
Kontenut mhux aċċessibbli
Nagħmlu ħilitna biex niżguraw li din il-website tkun aċċessibbli. Iżda nafu li xi partijiet minnha għadhom mhumiex aċċessibbli kompletament, u qed naħdmu biex intejbuhom. Hawn taħt hawn il-lista tad-diffikultajiet ewlenin fl-aċċessibbiltà li nafu bihom, u fejn possibbli, qed nippreżentaw il-pjan tagħna biex insolvuhom.
Diffikultajiet magħrufa:
- Il-videoplayer – aċċessibbiltà bit-tastiera: Nafu li hemm xi diffikultajiet fl-aċċessibbiltà bit-tastiera għall-videoplayer (meta tiġi biex tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, ma tistax tuża l-vleġeġ tat-tastiera biex tmur minn lingwa għall-oħra, u jkollok tuża l-buttuna TAB).
- Il-video captions: Uħud mill-videos ma fihomx captions. Qed naħdmu kontinwament biex inżiduhom f’aktar videos.
- Id-deskrizzjoni bil-vuċi: Il-videos fuq din il-website ma fihomx deskrizzjoni bil-vuċi.
- Il-ġerarkija tal-intestaturi: Xi intestaturi ma jimxux mal-ġerarkija korretta tal-intestaturi, u din tista’ tikkawża problemi għal min juża l-qarrejja tal-iskrin.
- In-nota tal-qiegħ: Il-links f’qiegħ il-paġna jkunu dejjem jidhru differenti mill-bqija tal-kitba ordinarja.
- L-animazzjonijiet: Xi paġni fihom animazzjonijiet, bħal graphs animati, li ma jistgħux jitwaqqfu temporanjament jew għalkollox jew jinħbew.
- Is-sistema tal-editjar ma tħallix lis-sidien tal-website jidentifikaw il-bidliet lingwistiċi f’paġna jew jimmarkaw l-abbrevjazzjonijiet.