Mur għall-kontenut ewlieni

Appoġġ tal-UE lill-Ukrajna

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-forzi armati Russi bdew invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna. 

L-UE rreaġixxiet minnufih u b’mod deċiżiv għall-aggressjoni tal-Russja billi adottat miżuri restrittivi, b’konsegwenzi massivi u severi għar-Russja.

L-UE żiedet l-appoġġ politiku, umanitarju, finanzjarju u militari tagħha lill-ekonomija, is-soċjetà u r-rikostruzzjoni futura tal-Ukrajna.

Taħt il-lenti

Female ukrainian army soldier runs and waves flag of Ukraine at sunset

Spalla ma’ spalla mal-Ukrajna, f’kull stadju

L-UE tinsab magħquda fl-appoġġ sod tagħha għall-Ukrajna quddiem il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u t-tentattivi illegali biex jiġi anness it-territorju Ukren. Sentejn minn meta bdiet ir-reżistenza u minn meta l-Ukrajna ġiet sfurzata tiddefendi l-valuri u l-libertajiet kondiviżi tagħna. Il-qlubija tal-poplu Ukren għaġġbet id-dinja. Il-konvinzjoni tibqa’ soda li l-Ukrajna se tipprevali, bl-Ewropa tibqa’ spalla ma’ spalla magħha sakemm ikun hemm bżonn.

Is-solidarjetà tal-UE fl-azzjoni

L-UE hi unita u soda fl-appoġġ tagħha lill-Ukrajna. Tikkundanna bil-qawwa l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux iġġustifikata tar-Russja.

Mill-invażjoni tar-Russja, l-UE pprovdiet appoġġ ekonomiku, umanitarju u militari għall-Ukrajna b’valur ta’ aktar minn €88 biljun.

Biex tara aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-UE matul dan iż-żmien, żur il-paġni web iddedikati u r-riżorsi ppubblikati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE.

European Parliament

Il-Parlament Ewropew

Kif il-Parlament Ewropew qed jikkontribwixxi lejn l-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna

European Central Bank

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Rispons għall-invażjoni tal-Ukrajna inklużi l-politika monetarja, l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u l-iżgurar tal-istabbiltà finanzjarja

Logo of European Union Agency for Criminal Justice Cooperation (Eurojust)

Il-Eurojust

Ir-rwol tal-Eurojust fil-proċeduri ġudizzjarji rigward il-gwerra fl-Ukrajna

Europol logo

Il-Europol

Kif il-Europol qed turi s-solidarjetà tagħha mal-Ukrajna

Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja

L-UE imponiet serje ta’ sanzjonijiet kontra individwi u organizzazzjonijiet. Dawn il-miżuri huma mfassla biex idgħajfu l-bażi ekonomika tar-Russja, billi jċaħħduha minn teknoloġiji u s-swieq kritiċi u jnaqqsulha l-kapaċità tagħha li tmexxi l-gwerra.

Biex il-provvisti tal-ikel ma jiġux affettwati, is-sanzjonijiet tal-UE ma jimblokkawx l-esportazzjoni tal-ikel u tal-prodotti agrikoli, u lanqas it-trażazzjonijiet relatati: kulħadd jista’ jixtri u jittrasporta l-ikel u l-fertilizzanti li jiġu mir-Russja

Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja (il-Kunsill Ewropew)

Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja (il-Kummissjoni Ewropea)

Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni

Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna kienet akkumpanjata minn mewġa ta’ informazzjoni falza u qarrieqa dwar l-Ukrajna. Il-bażi tad-data EUvsDisinfo ġabret aktar minn 5,000 każ individwali ta’ diżinformazzjoni mmirata lejn l-Ukrajna.

Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni (il-bażi tad-data EUvsDisinfo)

Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna

Se jkun meħtieġ sforz finanzjarju globali ewlieni biex l-Ukrajna tinbena mill-ġdid wara li l-gwerra tispiċċa. L-UE diġà qed tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex tagħti spinta lir-reżiljenza attwali tal-pajjiż, u stabbiliet ukoll Faċilità ġdida għall-Ukrajna, strument iddedikat biex jipprovdi lill-Ukrajna sa €50 biljun f’appoġġ finanzjarju stabbli u prevedibbli għas-snin mill-2024 sal-2027.

Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna (il-Kunsill Ewropew)

Faċilità għall-Ukrajna (Il-Kummissjoni Ewropea)