Id-drittijiet tiegħek – u kif tużahom
Jekk int ċittadin ta’ pajjiż tal-UE, b’definizzjoni tgawdi miċ-ċittadinanza tal-UE u għandek id-dritt li tieħu sehem attiv fil-ħajja politika tal-UE.
Semma' leħnek
- Il-portal Semma’ Leħnek jagħtik l-opportunità li ssawwar il-politiki tal-UE billi tikkontribwixxi għall-konsultazzjonijiet tal-UE dwar l-inizjattivi ppjanati.
- Aqsam l-ideat tiegħek mal-pjattaforma Fit for Future biex tgħin tnaqqas il-burokrazija u tagħmel il-liġijiet eżistenti tal-UE aktar sempliċi u tajbin għall-futur.
- Iltaqa’ wiċċ imb wiċċ mar-rappreżentanti tal-UE biex tiddiskuti suġġetti li jinteressawk billi tattendi avvenimenti ta’ djalogu maċ-ċittadini, li jsiru regolarment madwar l-UE.
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
Għin fl-istabbiliment tal-aġenda tat-tfassil tal-politika tal-UE billi tieħu sehem fl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Dan jippermettilek titlob lill-Kummissjoni Ewropea tħejji leġiżlazzjoni dwar kwistjoni li tgħodd għalik u li taqa’ taħt is-setgħat tagħha. Se jkollok turi li hemm appoġġ mifrux għall-inizjattiva tiegħek.
Ladarba inizjattiva tilħaq miljun firma u l-limiti minimi f’7 pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni se tiddeċiedi x’azzjoni għandha tieħu, jekk ikun hemm.
Panels taċ-Ċittadini Ewropej
Riżultat ta’ suċċess tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-panels taċ-ċittadini Ewropej ilaqqgħu flimkien ċittadini magħżulin b’mod aleatorju minn 27 pajjiż tal-UE biex jiddiskutu l-proposti ewlenin li jmiss u jagħmlu rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea se tqis meta tiddefinixxi l-inizjattivi ta’ politika u leġiżlattivi tagħha.
Aktar dwar il-panels taċ-ċittadini Ewropej
Elezzjonijiet Ewropej u dawk lokali
Skopri informazzjoni dwar kif tirreġistra biex tivvota jew toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej, inkluż fil-pajjiż fejn tgħix jekk int ċittadin tal-UE li tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE. Skopri liema kundizzjonijiet japplikaw.
Aktar dwar l-elezzjonijiet Ewropej u lokali
Ressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew
Skopri informazzjoni dwar kif tibda, tissottometti u tappoġġja petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar politika relatata mal-UE li taffettwak.
Aktar dwar petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew
Prinċipju tal-multilingwiżmu
Meta tikkuntattja lill-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi tal-UE direttament, inti intitolat għal tweġiba bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika
Skopri informazzjoni dwar ir-riżultati u s-sejbiet tal-istħarriġ tal-opinjoni tal-Ewrobarometru mill-1974 sal-lum. Stħarriġ standard jikkonsisti f’madwar 1,000 intervista wiċċ imb wiċċ għal kull pajjiż tal-UE dwar kwistjoni topika tal-UE li taffettwa lill-pubbliku.
Aktar dwar l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika
Servizz ta’ komunitajiet elettroniċi (SINAPSE)
Inti espert fit-tfassil tal-politika u l-governanza tal-UE? Irreġistra ma’ SINAPSE, pjattaforma online fejn tista’ toħloq jew tingħaqad ma’ komunitajiet elettroniċi ta’ esperti oħrajn biex liberament tiskambja informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ tfassil tal-politika.
Aktar dwar is-servizz ta’ komunitajiet elettroniċi (SINAPSE)
Kunsilliera lokali
Il-proġett “Nibnu l-Ewropa mal-Kunsilliera Lokali” jiġbor kunsilliera eletti lokalment mill-pajjiżi kollha tal-UE u jgħinhom jikkomunikaw mal-udjenzi lokali tagħhom dwar suġġetti tal-UE.
Aktar dwar il-proġett Nibnu l-Ewropa mal-Kunsilliera Lokali
Skopri aktar dwar id-drittijiet tiegħek taċ-ċittadinanza tal-UE, ara t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 18) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Kapitolu V).