Trasparenza
It-trasparenza hija waħda mill-prinċipji ewlenin tal-UE, u tirrikjedi li l-UE tiżvela informazzjoni dwar it-tfassil tal-politika u l-infiq kif ukoll li tirrispetta l-prinċipju tal-libertà tal-informazzjoni. Dawn il-prinċipji huma stabbiliti fit-trattati tal-UE.
L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu “b’mod kemm jista jkun ... qrib iċ-ċittadin”. L-Artikolu 11 jiddikjara li kemm l-individwi kif ukoll l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi għandhom jingħataw l-opportunità li “jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni”.
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ikompli jiftaħ fuq dawn il-punti. Jiddikjara li l-istituzzjonijiet tal-UE huma obbligati jaġixxu pubblikament u jiżguraw li l-individwi u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’pajjiż tal-UE tkun tista’ taċċessa d-dokumenti (l-Artikolu 15).
F’termini prattiċi, dan ifisser li int intitolat li taċċessa dokumenti mill-istituzzjonijiet, il-korpi, u l-aġenziji tal-UE, inklużi testi leġiżlattivi, dokumenti uffiċjali, minuti tal-laqgħat, u aġendi. Uża l-links f’din il-paġna biex taċċessa l-bażijiet tad-data u r-reġistri pubbliċi tagħhom, fejn tista’ tikseb dokumenti direttament online jew titlobhom.
Aċċess għad-dokumenti
Biex tiżdied it-trasparenza, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, u l-Kunsill tal-UE jippubblikaw l-iskedi tal-laqgħat tagħhom minn qabel u jaqsmu informazzjoni dwar l-eżiti tagħhom fil-konferenzi stampa. Tista’ wkoll issegwi s-sessjonijiet tal-Parlament u partijiet mil-laqgħat tal-Kunsill online.
Il-prijoritajiet kollha tal-ipprogrammar, inklużi l-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni, id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, u l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni, isiru pubbliċi. L-aġenda strateġika tal-Kunsill Ewropew u l-prijoritajiet sussegwenti tal-presidenza tal-Kunsill isiru pubbliċi wkoll.
Tista’ tara l-iskedi tal-Kummissarji, tal-President tal-Kunsill Ewropew, u tal-President tal-Parlament Ewropew.
Anki l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn tal-UE jippubblikaw l-iskedi tal-presidenti tagħhom, il-kalendarji tal-laqgħat, u l-laqgħat li jixxandru fuq l-internet.
Għal aktar informazzjoni, irreferi għall-istituzzjonijiet u għall-korpi.
Bażijiet tad-data tal-UE
Il-EUR-Lex huwa l-bieb li jagħtik aċċess għal-Liġi tal-UE. Tista’ tfittex trattati, atti legali, ftehimiet internazzjonali, proċeduri tat-tfassil tal-liġijiet, sommarji tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u każistika.
Fittex organizzazzjonijiet jew irreġistra tiegħek stess. Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar l-interessi li qed jiġu segwiti, minn min u b’liema baġits fil-livell tal-UE. Jitmexxa kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Innota li r-rappreżentanti ta' organizzazzjoni ma jistax ikollhom laqgħat ta’ livell għoli mal-Kummissarji jew ma’ uffiċjali għolja tal-Kummissjoni jekk l-organizzazzjoni tagħhom ma tkunx reġistrata.
Fittex fil-bażi tad-data DORIE għal dokumenti dwar kwistjonijiet tal-UE mill-1946 sal-lum. Dawn jinkludu strumenti legali adottati mill-Istituzzjonijiet, minuti tal-laqgħat miżmuma mill-istituzzjonijiet u mill-korpi Ewropej, stqarrijiet għall-istampa, artikli tal-gazzetta, diskorsi tal-mexxejja Ewropej, u noti interni tal-Kummissjoni.
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Ir-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea
Dan ir-rapport jagħti rendikont tal-inizjattivi u l-kisbiet ewlenin tal-UE tul is-sena li għaddiet.
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE
Fittex fil-librerija online tal-pubblikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn tal-UE.
Il-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE
Fittex fil-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE, punt ta’ aċċess uniku għad-data mill-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħrajn. Tista’ tuża u terġa' tuża din id-data għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.
Ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti
Aċċessa d-dokumenti prodotti jew riċevuti mill-Parlament Ewropew sa minn Diċembru 2001. Jinkludi l-minuti tal-laqgħat, l-aġendi, it-testi leġiżlattivi, u r-riżoluzzjonijiet.
Aċċessa d-dokumenti maħruġin mill-Kunsill Ewropew sa mill-1999. Jinkludi l-konklużjonijiet (mill-2004), il-minuti tal-laqgħat, l-aġendi, il-votazzjonijiet, u r-riżultati.
Aċċessa d-dokumenti maħruġa mill-Kunsill Ewropew sa mill-1999. Jinkludi d-dokumenti leġiżlattivi preparatorji, il-minuti tal-laqgħat, l-aġendi, il-votazzjonijiet u r-riżultati.
Ir-reġistru ta’ atti leġiżlattivi taħt “kodeċiżjoni” (proċedura leġiżlattiva ordinarja)
Fittex atti leġiżlattivi tal-UE adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Jinkludi kemm il-proċeduri li għaddejjin kif ukoll dawk li tlestew.
Ir-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni
Aċċessa d-dokumenti prodotti jew riċevuti mill-Kummissjoni sa minn Jannar 2001. Jinkludi d-dokumenti leġiżlattivi flimkien mal-minuti u l-aġendi tal-laqgħat.
Fittex informazzjoni u dokumenti relatati mal-ħidma tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE.
Aċċess għal dokumenti amministrattivi
Itlob aċċess għal dokumenti amministrattivi miżmumin mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
Ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti
Aċċessa d-dokumenti rilaxxati mill-BĊE. Jinkludi d-djarji, id-deċiżjonijiet, l-opinjonijiet, l-aġendi, u l-minuti tal-laqgħat.
Applika għal aċċess għad-dokumenti maħruġin mill-QEA bil-kitba jew bl-email.
Aċċessa d-dokumenti prodotti mis-SEAE minn Jannar 2015. Jinkludi l-proposti, ir-rakkomandazzjonijiet, id-dokumenti ta’ ħidma, u d-deċiżjonijiet amministrattivi.
Id-dokumenti pubbliċi tal-KESE
Aċċessa d-dokumenti prodotti mill-KESE. Huma disponibbli f’format elettroniku.
Ikkuntattja lid-Dipartiment tat-Trasparenza u l-Aċċess għad-Dokumenti biex titlob aċċess għad-dokumenti prodotti mill-KtR.
Aċċessa informazzjoni/dokumenti ambjentali u soċjali dwar proġetti ta’ investiment sostenibbli, kif ukoll dokumenti ta’ politika ambjentali.
Fittex dokumenti ewlenin tan-negozju (każijiet, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet) u dokumenti relatati ma’ strateġija, politika, u ġestjoni ta’ livell għoli.
Aċċessa r-rekords tal-attivitajiet tal-EDPS dwar l-ipproċessar tad-data personali.
Aċċessa t-tliet reġistri pubbliċi tal-EDPB. Jinkludu rekords ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki, u regoli korporattivi vinkolanti.
Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni tal-Europe Direct
Ikkuntattja ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni tal-Europe Direct lokali tiegħek biex issir taf aktar dwar kif taħdem l-UE.