Mur għall-kontenut ewlieni

Avviż legali

Id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni li hemm xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni hi:

  • hija ta’ natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew entità partikolari;
  • mhijiex neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;
  • hija xi drabi marbuta ma' siti esterni li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;
  • mhijiex parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tingħata garanzija li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-edizzjoni stampata jew, mill-1 ta' Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika tas-sit web tal-EUR-Lex) hu awtentiku u jipproduċi effetti legali.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun inħolqot jew ġiet strutturata f'files jew formati li jkun fihom xi żbalji, u ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz tagħna mhux se jkun interrott jew affettwat b'mod ieħor minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabilità għal dawn il-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe sit estern illinkjat.

Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'każ ta' ksur ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.

Politika dwar il-privatezza
Politika dwar il-protezzjoni tad-data, regolamenti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, servizzi elettroniċi.

Avviż tad-dritt tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1995-2023
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor.
Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, software, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

L-użu tal-emblema tal-UE minn partijiet terzi

Il-prinċipji tal-użu tal-emblema tal-UE minn partijiet terzi ġew stipulati fi ftehim amministrattiv mal-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-ftehim ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-08/09/2012 (2012/C 271/04).

Skont dan il-Ftehim, kull persuna naturali jew legali (“utent terz”) tista' tuża l-emblema tal-UE jew kwalunkwe mill-elementi tagħha, sakemm dan l-użu

(a) ma joħloqx l-impressjoni jew l-assunzjoni li hemm konnessjoni bejn l-utent terz u kwalunkwe mill-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji, l-aġenziji u l-organi tal-Unjoni Ewropea jew il-Kunsill tal-Ewropa meta din il-konnessjoni ma tkunx teżisti;

(b) ma twassalx lill-pubbliku jaħseb li l-utent igawdi mill-appoġġ, l-isponsorizzazzjoni, l-approvazzjoni jew il-kunsens ta' kwalunkwe mill-istituzzjonijiet, l-organi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa fejn dan ma jkunx il-każ;

(c) ma jsirx b'konnessjoni ma' kwalunkwe għan jew attività li mhux kompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa, jew b'xi mod ieħor ikun illegali.

Jekk l-użu tal-emblema tal-UE jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' hawn fuq, m'hemmx bżonn jintalab permess bil-miktub.

Mhijiex aċċettabbli r-reġistrazzjoni tal-emblema tal-UE, jew imitazzjoni araldika tagħha, bħala marka kummerċjali jew daqs dritt ieħor ta' proprjetà intellettwali.

Iddawnlowdja l-Emblema tal-UE u l-informazzjoni grafika

 

Ikseb aktar informazzjoni dwar l-emblema tal-UE

Għal informazzjoni relatata mal-aspett viżiv u grafiku tal-emblema tal-UE, ikkuntattja lil COMM-VISUAL-IDENTITYatec [dot] europa [dot] eu (COMM-VISUAL-IDENTITY[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Għal informazzjoni legali relatata jew mal-użu tal-emblema tal-UE, jew ma’ reġistrazzjoni/applikazzjoni tat-trademark li jkun fiha elementi tal-emblema tal-UE, jekk jogħġbok ikkuntattja lil EC-EU-EMBLEMatec [dot] europa [dot] eu (EC-EU-EMBLEM[at]ec[dot]europa[dot]eu)