Skip to main content

L-istorja tal-UE

Il-pijunieri

EU Pioneers

Il-mexxejja viżjonarji li ġejjin ispiraw il-ħolqien tal-Unjoni Ewropea li ngħixu fiha llum. Mingħajr l-enerġija u l-motivazzjoni tagħhom, ma konniex inkunu qegħdin ngħixu fl-isfera ta' paċi u stabbiltà li nieħdu bħala sine qua non.

Minn ġellieda tar-reżistenza sa avukati u membri tal-parlament, il-pijunieri tal-UE kienu grupp varjat bl-istess ideali: Ewropa magħquda fil-ġid u l-paċi.

Barra l-pijunieri deskritti hawn taħt, ħafna oħrajn ħadmu bla heda u ispiraw il-proġett Ewropew. Għalhekk, din it-taqsima dwar il-pijunieri hija xogħol li għadu għaddej.

Skopri l-pijunieri tal-UE

Kronoloġija

Skopri dwar il-ħolqien tal-Unjoni Ewropea u kif żviluppat matul id-deċennji.

  1. 1945-59
    Il-paċi fl-Ewropa u l-bidu tal-kooperazzjoni

    Kif il-kooperazzjoni ta’ wara l-gwerra fl-Ewropa wasslet għall-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, l-iffirmar tat-Trattati ta’ Ruma u t-twelid tal-Parlament Ewropew.

    Aktar dwar is-snin 1945-59

  2. 1960-69
    Dan huwa żmien ta’ tkabbir ekonomiku magħruf bħala “The Swinging Sixties”

    Kif l-Unjoni Ewropea żviluppat matul is-snin 60, b’aktar integrazzjoni ekonomika fl-Ewropa u l-bidu tal-kooperazzjoni internazzjonali.

    Aktar dwar is-snin 1960-69

  3. 1970-79
    Komunità li qed tikber - jissieħbu l-ewwel membri ġodda: Id-Danimarka, l-Irlanda r-Renju Unit

    Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea fis-snin 70, bl-ewwel żieda ta’ membri ġodda, l-elezzjonijiet Ewropej u politika reġjonali biex tingħata spinta lill-ifqar żoni.

    Aktar dwar is-snin 1970-79

  4. 1980-89
    Wiċċ l-Ewropa li qed jinbidel - il-kollass tal-komuniżmu

    Kif l-Unjoni Ewropea żviluppat fis-snin 80 bis-sħubija ta' aktar pajjiżi, il-programm Erasmus u l-bidu tas-suq uniku.

    Aktar dwar is-snin 1980-89

  5. 1990-99
    Ewropa mingħajr fruntieri

    Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea fis-snin 90, b’aktar espansjoni, u t-tnedija tas-suq uniku, l-ivvjaġġar mingħajr fruntieri u l-ewro.

    Aktar dwar is-snin 1990-99

  6. 2000-09
    Aktar espansjoni

    Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea mill-2000 sal-2009 bis-sħubija ta 12-il pajjiż ġdid, l-ewro li jsir valuta legali u l-iffirmar tat-Trattat ta’ Lisbona.

    Aktar dwar is-snin 2000-09

  7. 2010-19
    Deċennju ta’ sfida

    Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea mill-2010 sal-2019, b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-Kroazja tissieħeb fl-UE, u r-Renju Unit jivvota biex joħroġ.

    Aktar dwar is-snin 2010-19

  8. 2020-illum
    COVID-19 u t-triq lejn l-irkupru

    Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea mill-2020, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li poġġiet lill-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru ekonomiku u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

    Aktar dwar is-snin 2020 sal-lum