Minn ġellieda tar-reżistenza u superstiti tal-Olokawst għal politiċi u saħansitra stilla taċ-ċinema, il-mexxejja viżjonarji deskritti f’din it-taqsima ispiraw l-Ewropa li nafu llum.
Ħafna minnhom ħadmu biex itemmu l-orruri ta’ żewġ gwerer dinjija u biex jippromwovu l-paċi u s-solidarjetà. Kienu promoturi tal-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-UE:
- il-libertà, id-demokrazija u l-ugwaljanza
- ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, għad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt
- is-solidarjetà u l-protezzjoni għal kulħadd
Huma għenu fl-iżvilupp tas-sistemi li wasslu għall-istabbiltà ekonomika u l-euro u kienu favur l-istorja kulturali rikka u d-diversità lingwistika tal-Ewropa. Din it-taqsima tiċċelebra l-kontributi tagħhom lejn l-Ewropa tal-lum. Bis-saħħa tal-kuraġġ u l-impenn tagħhom, l-Ewropa tal-lum hija reġjun ta’ paċi u stabbiltà.

Tgħallem dwar Alcide De Gasperi, il-Prim Ministru Taljan li għamel medjazzjoni bejn il-Ġermanja u Franza bħala parti mill-integrazzjoni Ewropea ta’ wara l-gwerra

Skopri dwar Altiero Spinelli, il-politiku Taljan li stabbilixxa l-Moviment Federalista u appoġġja l-abbozzar ta’ kostituzzjoni Ewropea

Skopri dwar Anna Lindh, il-Ministru Żvediża għall-Affarijiet Barranin u l-promotriċi tad-drittijiet tal-bniedem li appoġġjat il-proċess tal-integrazzjoni Ewropea

Skopri dwar il-Kanċillier Ġermaniż Helmut Kohl u l-President Franċiż François Mitterrand, li mexxew ir-rikonċiljazzjoni wara l-gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi tagħhom

Skopri dwar Jean Monnet, il-politiku Franċiż li, flimkien ma’ Robert Schuman, jitqies bħala dak li fassal il-proġett tal-integrazzjoni Ewropea

Skopri dwar Johan Willem Beyen, il-bankier, negozjant u politiku Olandiż li fassal il-pjan għal suq komuni Ewropew u unjoni doganali

Skopri dwar Joseph Bech, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu li ħadem fuq l-Unjoni Doganali tal-Benelux u appoġġja integrazzjoni Ewropea akbar

Skopri dwar Konrad Adenauer, il-Kanċillier Ġermaniż li ppromwova l-kooperazzjoni Ewropea u l-ħolqien tal-Komunità tal-Faħam u l-Azzar.

Skopri dwar Louise Weiss, il-ġurnalista Franċiża u parlamentari Ewropea li saret promotriċi tal-valuri Ewropej u tad-drittijiet tan-nisa

Skopri dwar Marga Klompé, il-parlamentari, xjenzjata u promotriċi Olandiża tad-drittijiet tal-bniedem li ħadmet biex jinħoloq is-suq uniku

Skopri dwar Melina Mercouri, attriċi u parlamentari Griega li mexxiet kampanja favur il-kooperazzjoni kulturali fl-Ewropa kollha

Tgħallem dwar Nicole Fontaine, il-politiku Franċiż u l-President tal-Parlament li għamlet kampanja favur l-edukazzjoni taż-żgħażagħ u Ewropa taċ-ċittadini

Tgħallem dwar Nilde Iotti, il-mara tal-istat Taljana li ġġieldet għad-drittijiet tan-nisa, għas-suffraġju universali u l-elezzjonijiet Ewropej diretti

Skopri dwar Paul-Henri Spaak, l-istatist Belġjan li għen biex titwaqqaf l-Unjoni Doganali tal-Benelux li ispirat aktar integrazzjoni Ewropea

Skopri dwar Robert Schuman, il-politiku li, flimkien ma’ Jean Monnet, hu meqjus bħala l-arkitett tal-proġett ta’ integrazzjoni Ewropea

Skopri dwar Sicco Mansholt, il-bidwi Olandiż, il-ġellied tar-reżistenza u l-politiku li kien l-ispirazzjoni wara l-politika agrikola komuni tal-UE

Skopri dwar Simone Veil, superstita tal-Olokawst, parlamentari u l-ewwel President mara tal-Parlament Ewropew

Skopri dwar Ursula Hirschmann, attivista anti-Faxxista u femminista, li ħolqot il-Moviment Federalista Ewropew.

Tgħallem dwar Walter Hallstein, id-diplomatiku u l-ewwel President tal-Kummissjoni Ewropea li imbotta biex tinħoloq Komunità Ekonomika Ewropea

Skopri dwar Sir Winston Churchill, l-uffiċjal tal-armata Brittanika, reporter tal-gwerra u prim ministru li appellaw għal Stati Uniti tal-Ewropa