Helmut Kohl kien it-tieni wieħed minn tliet persuni biss li rċevew Ċittadinanza Onorarja Ewropea mill-Kunsill Ewropew, bħala rikonoxximent tal-ħidma straordinarja tiegħu fuq l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni Ewropea, li turi l-kontribuzzjoni kbira tiegħu għall-proġett Ewropew.
Filwaqt li l-President, Mitterrand appoġġja t-tkabbir tal-UE billi ħeġġeġ lil Spanja u lill-Portugall biex jingħaqdu mal-UE. Huwa kien jemmen ukoll f’UE aktar integrata u ppromwova l-Att Uniku Ewropew fl-1986, li ħoloq l-ewwel pedamenti legali għal suq uniku Ewropew.
Flimkien, Kohl u Mitterrand laħqu dan l-għan fl-1992 bil-mogħdija tat-Trattat ta’ Maastricht, biex b’hekk il-ħolma tagħhom ta’ suq transnazzjonali bla xkiel saret realtà.
Ritratt: Il-President Mitterrand u l-Kanċillier Kohl bil-wieqfa id f’id quddiem kuruna tal-fjuri fl-ossarium ta’ Douaumont, Verdun fl-1984

Ħajja u żminijiet
Kohl kien il-Kanċillier għal 16-il sena, l-itwal kariga ta’ mexxej Ġermaniż fis-seklu 20. Bl-istess mod, Mitterrand serva bħala President ta’ Franza għal 14-il sena, l-itwal presidenza fl-istorja ta’ Franza. Mitterrand u Kohl mietu fl-1996 u fl-2017 rispettivament, wara għexieren ta’ snin ta’ servizz lejn pajjiżhom stess u lejn l-UE.

Il-President Mitterrand u l-Kanċillier Kohl bilwieqfa id f’id quddiem kuruna tal-fjuri ta’ tifkira fl-ossarium ta’ Douaumont, Verdun fl-1984
Viżjoni għall-Ewropa
Kohl u Mitterrand ħadmu ħafna biex isaħħu r-relazzjoni ta’ wara l-gwerra bejn Franza u l-Ġermanja, u enfasizzaw l-importanza tal-paċi bejn in-nazzjonijiet tagħhom filwaqt li jsegwu l-integrazzjoni Ewropea. Id-dehra taż-żewġ mexxejja id f’id f’ċerimonja fit-22 ta’ Settembru 1984 li fakkret is-70 anniversarju mill-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija hi immaġni ikonika u li tqanqlek u ġiet rikonoxxuta fuq livell internazzjonali. Dan wera kemm kienu waslu Franza, il-Ġermanja u l-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn.
B’rikonoxximent tal-ħidma ta’ ħajjithom fuq ir-relazzjonijiet Franko-Ġermaniżi, huma rċevew il-premju Charlemagne fl-1988, li jingħata għal xogħol li javvanza l-unifikazzjoni Ewropea.
Pubblikazzjonijiet
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni lill-proġett Ewropew ta’ Kohl u Mitterrand