Kunsill Ewropew – rwoli u setgħat | L-Unjoni Ewropea
Mur għall-kontenut ewlieni
Sit web uffiċjali tal-Unjoni EwropeaSit web uffiċjali tal-UE
European Union

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea
  • Membri: Il-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-pajjiżi tal-UE, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea
  • President: António Costa
  • Stabbilit: fl-1974 (forum informali), fl-1992 (status formali), fl-2009 (istituzzjoni uffiċjali tal-UE)
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew jiġbor flimkien lill-mexxejja tal-UE biex jistabbilixxu l-aġenda politika tal-UE. Dan jirrappreżenta l-ogħla livell ta’ kooperazzjoni politika bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-Kunsill Ewropew huwa waħda mis-7 istituzzjonijiet uffiċjali tal-UE, u jieħu l-forma ta’ laqgħat tas-summit (normalment trimestrali) bejn il-mexxejja tal-UE, ippreseduti minn president permanenti.

X’jagħmel il-Kunsill Ewropew?

  • jiddeċiedi fuq id-direzzjoni ġenerali u l-prijoritajiet politiċi – iżda ma jgħaddix liġijiet
  • jittratta kwistjonijiet kumplessi jew sensittivi li ma jistgħux jiġu riżolti f’livelli aktar baxxi ta’ kooperazzjoni intergovernattiva
  • jistabbilixxi l-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, filwaqt li jqis l-interessi strateġiċi u l-implikazzjonijiet għad-difiża tal-UE
  • jinnomina u jaħtar kandidati għal ċerti rwoli bi profil għoli fil-livell tal-UE, bħall-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni

Għal kull kwistjoni, il-Kunsill Ewropew jista’:

Kompożizzjoni

Il-Kunsill Ewropew hu magħmul mill-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-pajjiżi kollha tal-UE, mill-President tal-Kunsill Ewropew, u mill-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Jitlaqqa’ u jiġi ppresedut mill-President tiegħu, li hu elett mill-Kunsill Ewropew innifsu għal mandat ta’ sentejn u nofs li jista’ jiġġedded darba biss. Fost affarijiet oħrajn, il-President jirrappreżenta lill-UE mad-dinja ta’ barra.

Kif jaħdem il-Kunsill Ewropew?

Normalment jiltaqa’ 4 darbiet fis-sena – iżda l-President jista’ jsejjaħ laqgħat addizzjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet urġenti.

Ġeneralment jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet b’kunsens – iżda f’xi każijiet b’unanimità jew b’maġġoranza kkwalifikata. Jistgħu jivvutaw biss il-kapijiet ta’ stat jew gvern.

Il-Kunsill Ewropew u int

Tista’ tagħmel mistoqsijiet ġenerali dwar il-ħidma tal-Kunsill Ewropew lis-Servizz tal-Informazzjoni Pubblika tiegħu.

Aċċess għad-dokumenti

Aċċess għall-informazzjoni

Kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew

Rappurtaġġ awdjoviżiv tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew

Aġenda tal-President tal-Kunsill Ewropew

Aktar informazzjoni

Żur il-Kunsill Ewropew

Storja tal-Kunsill Ewropew

Rapporti, studji, kotba żgħar

Librerija tal-Kunsill

Kuntatt

Kunsill Ewropew

Isem
Kunsill Ewropew
Sit web
https://www.consilium.europa.eu/mt/
Numru tat-telefown
+32 2 281 61 11
Numru tal-faks
+32 2 281 69 34
Indirizz postali

Rue de la Loi/Wetstraat 175
1048 Bruxelles/Brussel
Belgium

Media soċjali