X’inhu Jum l-Ewropa?
Jum l-Ewropa jiċċelebra l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, li ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Mejju 1950. Din kienet tfisser era ġdida għall-paċi, l-integrazzjoni, u l-kooperazzjoni demokratika fl-Ewropa, u wittiet it-triq għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.
Biex jikkommemoraw il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni fl-2025, l-istituzzjonijiet Ewropej għal darb’ oħra stiednu liċ-ċittadini jżuru l-binjiet tagħhom u jiskopru varjetà ta’ attivitajiet online u fuq il-post fi Brussell, fi Strasburgu, u fil-Lussemburgu. Saru wkoll avvenimenti oħrajn fl-Istati Membri kollha tal-UE u madwar id-dinja.
Għal aktar informazzjoni ara l-istqarrija li ħriġna għall-istampa
Kif iċċelebrajna?
Permezz ta’ sensiela ta’ avvenimenti, attivitajiet, u spazji tematiċi, għal darb’ oħra Jum l-Ewropa offra liċ-ċittadini l-opportunità li jżuru l-istituzzjonijiet Ewropej, jiskopru kif dawn jaħdmu ta’ kuljum, u jesploraw il-politiki li jsawru ħajjitna.
Fi Brussell, il-Lussemburgu, Strasburgu, Echternach, u Frankfurt l-attivitajiet kollha kienu b’xejn u mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni.
L-avvenimenti f’pajjiżek
Jum l-Ewropa ġie ċċelebrat ukoll f’kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE u madwar id-dinja.
Biex issir taf aktar dwar l-avvenimenti ta’ Jum l-Ewropa li saru madwar l-Ewropa, żur il-websites tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew.
Għall-attivitajiet li seħħew madwar id-dinja, agħti daqqa t’għajn lejn il-websites tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa.
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, l-Unjoni Ewropea ġiet onorata wkoll fl-Expo Dinjija 2025 f’Osaka, il-Ġappun, bi programm speċjali li enfasizza r-rikkezza u d-diversità kulturali tal-Ewropa.
Barra minn hekk, fid-9 u l-10 ta’ Mejju, fuq il-Vaalserberg — muntanja li tmiss mal-Belġju, mal-Ġermanja, u man-Netherlands — saru festeġġamenti fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa u tal-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman. L-avveniment iffoka fuq uħud mill-valuri fundamentali tal-UE, inklużi s-sliem, l-għaqda, id-demokrazija, u l-iskambju kulturali, filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera.


Jum għall-Pubbliku fil-Kummissjoni EwropeaJum għall-Pubbliku fil-Kummissjoni Ewropea 

Parteċipanti bil-bnadarParteċipanti bil-bnadar 

Viżitaturi fis-sala SchumanViżitaturi fis-sala Schuman 

Persuna qed iżżur il-Parlament EwropewPersuna qed iżżur il-Parlament Ewropew 

Viżitaturi fil-Kunsill EwropewViżitaturi fil-Kunsill Ewropew 

Viżitaturi li jidħlu fil-binja tal-Parlament Ewropew għall-jum ta’ ftuħ għall-pubblikuViżitaturi li jidħlu fil-binja tal-Parlament Ewropew għall-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku 

Opportunità biex wieħed iduq l-ikel fil-Kunsill EwropewOpportunità biex wieħed iduq l-ikel fil-Kunsill Ewropew 

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fil-MoldovaIċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fil-Moldova 

Stand fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtRStand fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtR 

Kabina tar-ritratti fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KESEKabina tar-ritratti fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KESE 

Divertiment waqt il-jiem ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzati mill-KESEDivertiment waqt il-jiem ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzati mill-KESE 

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fiż-ŻimbabweIċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fiż-Żimbabwe 

Viżitaturi fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtRViżitaturi fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtR 

Viżitaturi li jidħlu fil-binja tal-BĊEViżitaturi li jidħlu fil-binja tal-BĊE 

Tidwil tal-binja tal-BĊE fl-okkażjoni ta’ Jum l-EwropaTidwil tal-binja tal-BĊE fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa











