Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Il-melodija użata biex tissimbolizza l-UE ġejja mid-Disa’ Sinfonija li kkompona Ludwig Van Beethoven fl-1823, meta ħejja l-mużika għall-“Għanja lill-Ferħ”, il-vers liriku li kiteb Friedrich von Schiller fl-1785.

Minbarra li jissimbolizza l-Unjoni Ewropea, l-innu jissimbolizza wkoll l-Ewropa f’sens usa’. Il-poeżija “Għanja lill-Ferħ” tesprimi l-viżjoni idealistika ta’ Schiller li l-persuni kollha tad-dinja jgħixu flimkien bħal aħwa — viżjoni li kien iħaddan anke Beethoven.

Fl-1972, il-Kunsill tal-Ewropa adotta t-tema “Għanja lill-Ferħ” ta’ Beethoven bħala l-innu tiegħu. Fl-1985, dan l-innu ġie adottat mill-mexxejja tal-UE bħala l-innu uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-innu ma fihx kliem; jikkonsisti f’mużika biss. Fil-lingwa universali tal-mużika, dan l-innu jesprimi l-ideali Ewropej tal-libertà, tal-paċi u tas-solidarjetà.

L-innu Ewropew mhuwiex maħsub li jieħu post l-innijiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE iżda li jiċċelebra l-valuri komuni tagħhom. L-innu jindaqq f’ċerimonji uffiċjali li jinvolvu l-Unjoni Ewropea u, ġeneralment, f’kull tip ta’ avveniment b’karattru Ewropew.

Isma’

L-innu Ewropew

L-adattamenti tal-innu Ewropew

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 17 April 2026