X’tipi ta’ finanzjament huma disponibbli?
L-UE tipprovdi finanzjament għal firxa ta’ proġetti u programmi. Hi tapplika regoli stretti biex tiżgura kontroll strett fuq kif jintużaw il-fondi u li l-flus jintefqu b’mod trasparenti u responsabbli.
Il-finanzjament tal-UE jiġi f’ħafna forom differenti:
- għotjiet – parzjalment iffinanzjati mill-UE u parzjalment minn sorsi oħrajn – li normalment isegwu avviżi pubbliċi magħrufin bħala sejħiet għal proposti
- sussidji mmaniġġjati mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali
- self, garanziji u ekwità bħala forom ta’ assistenza finanzjarja biex jappoġġjaw il-politika u l-programmi tal-UE
- premjijiet lir-rebbieħa tal-konkorsi ta’ Orizzont 2020.
Ġestjoni tal-fondi tal-UE
Dirett
Il-finanzjament immaniġġjat mill-UE normalment fil-forma ta’ għotjiet għal proġetti speċifiċi relatati mal-politiki tal-UE. Tista’ tapplika għal dan it-tip ta’ finanzjament billi twieġeb għal sejħiet għal proposti.
Proċess ta’ applikazzjoni għal finanzjament dirett
Ara min irċieva finanzjament dirett tal-UE f’pajjiżek
Ġestjoni kondiviża
Sistema ta’ finanzjament immaniġġjata fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, li tammonta għal madwar 80% tal-baġit tal-UE. Għal dan jintużaw 5 fondi ewlenin, taħt il-kappa tal-fondi ta’ investiment strutturali Ewropej:
- Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – żvilupp reġjonali u urban
- Il-Fond Soċjali Ewropew – inklużjoni soċjali u governanza tajba
- Il-Fond ta' Koeżjoni – konverġenza ekonomika tar-reġjuni anqas żviluppati
- Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
- Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Indirett
Finanzjament immaniġġjat mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, mhux mill-UE. Magħruf ukoll bħala sussidji, tista’ tapplika għal dan it-tip ta’ finanzjament fil-livell nazzjonali.