Biex is-siti web immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu files żgħar tad-data li nsejħulhom cookies fuq l-apparat tiegħek.
X'inhuma l-cookies?
Cookie hu file żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit.
- Il-cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ partijiet terzi.
- Il-cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-browser tiegħek, b’differenza għal cookie tas-sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-browser tiegħek.
Kull darba li żżur is-siti web immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea, se tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.
L-għan huwa li s-sit ikun jista’ jiftakar il-preferenzi tiegħek (pereżempju l-isem tal-utent, il-lingwa, eċċ.) għal ċertu perjodu ta’ żmien.
B’dan il-mod, m’għandikx għalfejn terġa’ ddaħħalhom waqt li tkun qed tibbrawżja s-sit fl-istess żjara.
Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.
Kif nużaw il-cookies?
Is-siti web immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea jużaw l-aktar il-cookies tal-ewwel parti . Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Kummissjoni Ewropea, mhux minn organizzazzjoni esterna.
Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.
It-3 tipi ta’ cookies tal-ewwel parti li nużaw huma biex:
- naħżnu l-preferenzi tal-viżitaturi
- is-siti web tagħna jkunu operattivi
- niġbru data analitika (dwar l-imġiba tal-utent).
1. Preferenzi tal-viżitaturi
Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru:
- jekk qbiltx mal-politika tal-cookies ta’ dan is-sit (jew irrifjutajtha)
- jekk diġà weġibtx l-istħarriġ pop-up tagħna (dwar kemm kien ta’ għajnuna l-kontenut tas-sit) – biex ma nerġgħux nistaqsuk
Il-cookies tal-preferenzi tal-viżitaturi huma:
Isem: ecsi
Servizz: Għodod ta’ stħarriġ tas-sit web
Għan: Jaħżen l-informazzjoni dwar jekk diġà weġibtx għal stħarriġ pop-up – biex ma nerġgħux nistaqsuk
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, xahar
Isem: cck3
Servizz: Kit ta’ kunsens għall-cookies
Għan: Jaħżen il-preferenzi tal-cookies ta’ partijiet terzi tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom)
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li tagħlaq il-browser tiegħek
Isem: cck1
Servizz: Kit ta’ kunsens għall-cookies
Għan: Jaħżen il-preferenzi tal-cookies tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom)
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 6 xhur
2. Cookies operattivi
Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B'mod partikolari:
- Cookies ta’ awtentikazzjoni: dawn jinħażnu meta tilloggja f’sit immaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea, bis-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, inti taċċetta l-politika ta’ privatezza assoċjata.
Il-cookies ta’ awtentikazzjoni huma:
Isem: MyEACSDomain
Servizz: Servizz tal-Immaniġġjar tal-Identità
Għan: Jiftakar id-dominju tiegħek
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: __Secure_CASTGC
Servizz: Servizz tal-Immaniġġjar tal-Identità
Għan: Jidentifika s-sessjoni tiegħek
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: __Secure_ECAS_SESSIONID
Servizz: Servizz tal-Immaniġġjar tal-Identità
Għan: Jidentifika s-sessjoni attwali tas-Servizz Ċentrali ta’ Awtentikazzjoni
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: ECAS_PREFS
Servizz: Servizz tal-Immaniġġjar tal-Identità
Għan: Jiftakar il-konfigurazzjonijiet u l-preferenzi tiegħek: ID tal-utent, isem l-utent, il-politika rikonoxxuta dwar il-cookies, il-modalità b’kuntrast għoli, il-modalità ta’ privatezza, id-dettalji tal-kont wara l-login, l-aħħar qawwa magħżula
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
L-ismijiet ta’ dawn il-cookies jistgħu jinbidlu, għal raġunijiet tekniċi (b’mod partikolari __Secure-CASTGC u __Secure-ECAS_SESSIONID).
- Il-cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT huma:
Isem: has_js
Servizz: Pjattaforma għall-immaniġġjar tal-kontenut korporattiv, ibbażata fuq is-software b’sors miftuħ Drupal
Għan: Jiddetermina jekk il-Javascript hux attivat fil-browser tiegħek. Dan jippermetti li s-siti web tagħna jiffunzjonaw sew
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: JSESSIONID / CFID / CFTOKEN
Servizz: Pjattaforma tal-IT Java/Pjattaforma tal-IT Coldfusion
Għan: Iżomm sessjoni sigura għalik, waqt iż-żjara tiegħek
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: ecsi
Servizz: Għodod ta’ stħarriġ tas-sit web
Għan: Jaħżen l-informazzjoni dwar jekk diġà weġibtx għal stħarriġ pop-up – biex ma nerġgħux nistaqsuk
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, xahar
Isem il-cookie: MoodleSession
Servizz/sit web fejn jintuża l-cookie: CusTax - EU Learning**
Għan tal-cookie: Jidentifika s-sessjoni tiegħek**
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li tagħlaq il-browser tiegħek**
Isem: GS_FLOW_CONTROL
Servizz: GeoServer
Għan: Użat biex jipprovdi titjib fil-prestazzjoni.
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: SERVERID
Servizz: GISCO
Għan: Użat biex iżżomm is-sessjoni tiegħek sigura matul iż-żjara kollha tiegħek.
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: jrc_cookie
Servizz: F5
Għan: Użat biex iżżomm is-sessjoni tiegħek sigura matul iż-żjara kollha tiegħek.
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
Isem: TS#
Servizz: F5 (WAF/ASM)
Għan: Użat biex iżżomm is-sessjoni tiegħek sigura matul iż-żjara kollha tiegħek.
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti li jitħassar wara li toħroġ mill-browser tiegħek
3. Cookies analitiċi
Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.
Il-cookies sempliċiment jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna – bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).
Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza u ma tintuża għall-ebda għan ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Kummissjoni Ewropea.
Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies – jew permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur jew fuq l-Europa Analytics.
Il-cookies analitiċi huma:
Isem: _pk_id#
Servizz: Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo
Għan: Jirrikonoxxi l-viżitaturi tas-sit web (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent)
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 13-il xahar
Isem: _pk_ses#
Servizz: Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo
Għan: Jidentifika l-paġni li l-istess utent jara waqt l-istess żjara. (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent)
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 30 minuta
Dokument bla titlu
Cookies ta' partijiet terzi
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut ospitat minn servizzi kkuntrattati fuq dominji esterni għall-europa.eu, pereżempju l-kuntrattur tagħna li jgħin fit-tħaddim taċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct. L-ospitar estern jista’ jkollu bżonn cookies sabiex jiffunzjona.
Isem il-cookie: PHPSESSIONID
Servizz: Formola ta’ kuntatt tal-Europe Direct
Għan: Informazzjoni tas-sessjoni (numru aleatorju), użat għat-trattament ta’ formoli b’diversi lingwi. Ma tinħażen ebda informazzjoni addizzjonali
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni ta’ parti terza, stabbilit mill-kuntrattur tagħna. Jitħassar wara li tagħlaq il-browser tiegħek
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, eż. YouTube, Facebook u Twitter.
Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li m’għandniex kontroll fuqhom.
Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma jiġi installat ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.
Fornituri terzi fuq is-siti web tal-Kummissjoni
- YouTube
- Internet Archive
- ScribbleLive
- Google Maps
- TV1
- Vimeo
- Microsoft
- Livestream
- SoundCloud
- Parlament Ewropew
Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-Kummissjoni Ewropea. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.
Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?
Tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek
Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-browser tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.
Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).
Immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit
Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-browser preferut tiegħek.
Imblukkar tal-cookies
Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. profil ta’ login).
Immaniġġjar tal-cookies analitiċi tagħna
Tista’ timmaniġġja l-preferenzi tiegħek dwar il-cookies mill-Europa Analytics fuq il-paġna ddedikata tal-Europa Analytics.