Mur għall-kontenut ewlieni

Biex taħdem fl-Unjoni Ewropea

Id-drittijiet li tagħtik l-UE

Bħala ċittadin tal-UE li jaħdem fl-Unjoni Ewropea, tgawdi minn ċerti drittijiet skont il-liġi tal-UE. Pereżempju:

  • m’għandekx bżonn permess biex taħdem fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, kemm bħala impjegat kif ukoll għal rasek
  • jekk tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, tista’ tgħix fil-pajjiż fejn tkun taħdem
  • fil-post tax-xogħol tiegħek barra minn pajjiżek, tgawdi wkoll mill-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż (paga, saħħa u sikurezza, sigurtà soċjali u benefiċċji fuq it-taxxa, u li tiġi ingaġġat mill-ġdid jekk tkun tkeċċejt inġustament).

Is-sigurtà soċjali u t-taxxa

Id-drittijiet u r-regoli dwar it-taxxa u l-benefiċċju ġejjin mil-liġi nazzjonali tal-pajjiż tal-UE fejn tkun taħdem. Dan japplika għall-mard, il-maternità/paternità, il-pensjonijiet, il-qgħad, u l-allokazzjoni tat-tfal.

Madankollu, hemm regoli u prinċipji li jgħoddu għall-UE kollha kemm hi u li japplikaw għal ċerti aspetti tal-benefiċċji u t-taxxa. Għaldaqstant, qabel ma tidħol għax-xogħol il-ġdid tiegħek, ara x’int intitolat għalih.

Biex issib xogħol

Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet li ħolqithom l-UE biex jgħinu lil min ikun qed ifittex impjieg isib xogħol fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Dawn jistgħu jgħinuk tfassal CV tal-UE (Europass CV) u jpoġġuk f’kuntatt ma’ min jista’ joffrilek ix-xogħol.

Biex taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, jista’ jagħti l-każ li l-kwalifiki professjonali tiegħek ikunu jridu jiġu rrikonoxxuti mill-awtoritajiet ta’ hemmhekk. Ikkonsulta d-database tal-kwalifiki professjonali tal-UE biex tara jekk dan japplikax għalik.

Minn mindu ssib xogħol sa meta tirtira, uża l-links ta’ hawn taħt biex issir taf aktar dwar drittijietek u dwar ir-regoli tal-UE fuq ix-xogħol u l-irtirar fl-UE.

Biex taħdem f’pajjiżi oħrajn tal-UE

Tagħrif dwar drittijietek fl-UE, inklużi l-permessi tax-xogħol u t-trattament ugwali. Hemm ukoll pariri għal ċittadini tal-UE li jkunu stazzjonati b’mod temporanju f’pajjiż ieħor tal-UE kif ukoll għal persuni ta’ nazzjonalità mhix tal-UE u għal ħaddiema taċ-ċivil li jaħdmu fl-UE.

Kwalifiki professjonali

Kif tikseb rikonoxximent għall-kwalifiki tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE, b’mod permanenti jew għal perjodu iqsar. Ikkonsulta d-database tal-UE dwar il-kwalifiki u sir af liema dokumenti jista’ jkollok bżonn tippreżenta.

Id-database tal-UE ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol

Din id-database, li hija f’idejn l-EURES, tgħin biex tlaqqa’ lil dawk li qed ifittxu x-xogħol ma’ dawk li qed joffruh fl-Ewropa. Toffri wkoll tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-UE u dwar l-assistenza li tingħata wara l-ingaġġ, bħat-taħriġ fil-lingwi u korsijiet ta’ integrazzjoni.

Fassal is-CV tal-UE

Agħmel użu mill-għodod tal-Europass online biex jgħinuk tfassal is-CV perfetta li biha tikkomunika l-kwalifiki u l-ħiliet tiegħek lil min iħaddem madwar l-Ewropa - u bil-lingwa t-tajba.

Il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Tagħrif dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE. Skopri liema pajjiż ikoprik waqt li tkun qed taħdem f’pajjiż ieħor u kif jiġu allokati l-benefiċċji tal-qgħad u tal-ulied. Ara liema huma l-formoli standard li huma meħtiġin għal dawn il-benefiċċji.

Id-dritt li tiġi trattat indaqs

Sir af kif il-liġi tal-UE tintitolak li ma tiġix diskriminat, huma x’inhuma l-ġeneru, l-etniċità, it-twemmin reliġjuż, jew id-diżabilità tiegħek.

Biex tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE

Kif tapplika għal pensjoni tal-istat jekk ħdimt barra minn pajjiżek f’pajjiż jew pajjiżi tal-UE. Sir af dwar l-etajiet tal-irtirar u s-sistemi tal-pensjonijiet f’kull pajjiż, kif ukoll dwar kwalunkwe drittijiet supplimentari tal-pensjoni.

It-taxxa

Tagħrif dwar il-prinċipji bażiċi tal-UE dwar it-tassazzjoni li japplikaw għal dawk li jagħmlu xi żmien lil hinn mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, fl-UE. Sir af kif dawn jistgħu jaffettwaw kemm taxxa fuq id-dħul tista’ tinqabad, kif ukoll kwalunkwe riskji ta’ tassazzjoni doppja.